All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
L-impatti tat-tibdil fil-klima u kif is-soċjetajiet tagħna jistgħu jkampaw u jippreparaw aħjar għat-theddid u r-riskji għas-saħħa u l-benesseri tagħna kienu oqsma ewlenin ta’ ħidma għall-EEA din is-sena. Poġġejna bilqiegħda ma’ tliet esperti, Ine Vandecasteele, Aleksandra Kazmierczak u Eline Vanuytrecht, li eżaminaw speċifikament kif nistgħu ntejbu l-adattament tagħna u nibnu r-reżiljenza fil-bliet kif ukoll nidentifikaw ir-riskji emerġenti għas-saħħa tal-klima kkawżati mill-għargħar, in-nixfiet u l-kwalità tal-ilma.
Iċ-ċittadini madwar l-Ewropa waslu biex jeleġġu l-Parlament Ewropew il-ġdid u jwittu t-triq għall-politiki tal-UE matul il-ħames snin li ġejjin. Staqsejna lil Leena Ylä-Mononen, Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) dwar is-sinifikat ta’ dawn l-elezzjonijiet u l-isfidi ambjentali u klimatiċi li ġejjin.
L-EEA għadha kif ippubblikat il-Valutazzjoni Ewropea tar-Riskji Klimatiċi (EUCRA), rapport ewlieni li għandu jgħin lill-Ewropa biex tindirizza r-riskji li qed jiżdiedu mit-tibdil fil-klima. Intervistajna lill-kollegi tagħna Julie Berckmans, Marianne Dons Tychsen u Hans-Martin Füssel li ħadmu mill-qrib fuq ir-rapport għal dawn l-aħħar sentejn.
Id-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima qed ikollhom impatt fuqna lkoll — is-saħħa, l-ekonomija u s-soċjetà tagħna. Biex tindirizza l-isfidi u l-impatti li qed jikbru, l-Ewropa stabbiliet politiki u miri ambizzjużi. Rendikont tal-progress juri li l-implimentazzjoni sħiħa tal-politiki ambjentali u klimatiċi, miżuri addizzjonali fejn meħtieġ, u l-integrazzjoni f’oqsma oħra ta’ politika huma meħtieġa biex jgħinu lill-UE tagħmel progress biex tilħaq il-miri tagħha. Sabiex iseħħ progress aktar rapidu finanzjament adegwat se jkun kruċjali.
Mis-snin tmenin ’il hawn, l-Unjoni Ewropea għamlet progress sostanzjali fit-titjib tal-kwalità tal-arja billi adottat u implimentat politiki u miżuri. Madankollu, it-tniġġis tal-arja għadu joħloq l-akbar riskju ambjentali għas-saħħa tan-nies fl-Ewropa. Dan ir-riskju huwa saħansitra ogħla meta kkombinat mal-impatti tat-tibdil fil-klima, bħas-sħana estrema, li taffettwa l-aktar gruppi vulnerabbli, bħall-anzjani u t-tfal.
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha qed jiffukaw dejjem aktar fuq il-bijomassa u l-mod kif tista’ tappoġġa t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u newtrali għall-klima. Intervistajna lil Katarzyna Kowalczewska, esperta tal-EEA fil-qasam tal-agrikoltura u l-integrazzjoni tal-LULUCF, rigward il-pubblikazzjoni reċenti tal-EEA “The European Biomass Puzzle” (Il-Kobba Ewropea tal-Bijomassa) u għalfejn is-suġġett jeħtieġ kunsiderazzjoni bir-reqqa minn dawk li jfasslu l-politika.
L-użu tal-Bisfenol A (BPA), sustanza kimika sintetika li tintuża f’ħafna kontenituri tal-ikel tal-plastik u tal-metall u prodotti oħra tal-konsumatur, u l-esponiment tal-pubbliku għaliha huma ta’ tħassib dejjem akbar għal ħafna persuni fl-Ewropa kollha. Iltqajna ma’ Magnus Løfstedt, espert tal-EEA fl-oqsma tas-sustanzi kimiċi, tal-ambjent u tas-saħħa biex niddiskutu l-briefing tal-EEA dwar ir-riskji kkawżati mill-Bisfenol A li ġie ppubblikat reċentement.
Minn nirien fis-selvaġġ għal għargħar diżastruż fin-Nofsinhar tal-Ewropa, is-sajf tal-2023 se jkun imfakkar għal temp estrem. Kemm aħna ppreparati għal avvenimenti bħal dawn u l-impatti li jġibu magħhom? Mewġiet tas-sħana bla waqfien li jaffettwaw miljuni ta’ Ewropej fil-kontinent kollu, nirien fis-selvaġġ u għargħar għal għarrieda li għandhom impatt fuq ħafna komunitajiet jirrikjedu azzjoni saħansitra aktar ambizzjuża biex nippreparaw għal realtà ġdida filwaqt li nħaffu t-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà.
In-nies huma dejjem aktar konxji tal-impatti li l-konsum tagħna għandu fuq in-natura u l-klima. Waħda mill-kategoriji ewlenin ta’ konsum hija l-ħwejjeġ u tessuti oħra. Tkellimna ma’ Lars Mortensen, espert tal-EEA dwar l-ekonomija ċirkolari, il-konsum u l-produzzjoni, li ħadem fuq diversi valutazzjonijiet dwar it-tessuti u l-impatti tagħhom fuq l-ambjent.
Sena 1972: Niftakarni miexi lura d-dar ma’ missieri mill-fiera tal-ktieb ta' Antwerp b'ħafna kotba. Tlieta baqgħu miegħi: ktieb dwar l-ispeċijiet fil-periklu, it-‘Times Atlas of the World’, u l-‘Limits to Growth’. Matul is-snin, missieri kompla jistimula l-kurżità tiegħi fin-natura, dinja ħafna akbar mill-inħawi immedjati tagħna, u t-tip ta’ xjenza li fetħet dibattiti kritiċi dwar il-futur tas-soċjetà.
Ir-riskji qatt ma kienu ogħla. Il-pjaneta tagħna qed tisħon u titlef l-ispeċijiet b’rata allarmanti. Żewġ konferenzi globali matul dawn l-aħħar xahrejn ġabu nies mid-dinja kollha madwar suġġett komuni – il-klima u l-bijodiversità. L-isfidi fiż-żewġ oqsma huma s-sintomi tal-istess problema: il-produzzjoni u l-konsum mhux sostenibbli tagħna. Minkejja l-kumplessità tan-negozjati, dawn huma kruċjali għas-sensibilizzazzjoni globali, għall-kunsens u għall-azzjoni urġenti.
X’inhuma “prosumaturi” tal-enerġija u xi rwol jista’ jkollhom biex l-użu tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Ewropa jingħata spinta? Aħna ltqajna mal-espert tal-EEA fil-qasam tal-enerġija u l-ambjent, Javier Esparrago, biex nitkellmu dwar il-mod kif iċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet u n-negozji jistgħu jgħinu biex tiġi indirizzata l-kriżi attwali tal-enerġija billi jsiru prosumaturi li kemm jipproduċu kif ukoll jikkonsmaw l-enerġija rinnovabbli. Aktar kmieni dan ix-xahar, l-EEA ppubblikat rapport li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-rwol tal-prosumaturi tal-enerġija rinnovabbli u din il-prattika li dejjem qed tikber b’segwitu għal teknoloġija aħjar u irħas u l-politiki li jippromwovuha.
Donnu jidher li konna qed ngħixu minn kriżi waħda wara oħra — pandemija, mewġiet ta’ sħana estrema u nixfa minħabba t-tibdil fil-klima, l-inflazzjoni, il-gwerra, u kriżi tal-enerġija. Din ix-xitwa x’aktarx li tkun ikkaratterizzata minn inċertezza kontinwa, volatilità għolja fis-swieq globali bħall-enerġija u l-ikel, li se jaffettwaw lil xi pajjiżi u gruppi aktar minn oħrajn. L-indirizzar ta’ dawn il-kriżijiet, speċjalment fit-tul, jirrikjedi impenn politiku sod u investimenti fis-sostenibbiltà sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-soċjetajiet tagħna.
It-tniġġis ambjentali għandu impatt fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tagħna. Il-valutazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent enfasizzaw dawn l-impatti u l-kisbiet potenzjali li nistgħu niksbu minn ambjent aktar nadif. Nistgħu nipprevjenu xi każijiet ta’ kanċer; nistgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna b’kull azzjoni li nieħdu lejn tniġġis żero fl-Ewropa.
It-trasport jgħaqqad lin-nies, il-postijiet, il-kulturi u l-ekonomiji iżda jeżerċita wkoll pressjonijiet kbar fuq l-ambjent u l-klima. Tkellimna ma’ tnejn mill-esperti dwar it-trasport u l-ambjent tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) — Rasa Narkeviciute u Tommaso Selleri — dwar l-isfidi u l-opportunitajiet biex is-sistema tat-trasport tal-Ewropa ssir aktar sostenibbli u dwar ir-rapport li ppubblikajna dan l-aħħar.
L-Unjoni Ewropea tat bidu għal pjanijiet ambizzjużi biex tnaqqas b’mod drastiku l-emissjonijiet u t-tniġġis matul id-deċennji li ġejjin. Parti minn dan jinkludi l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero li tnieda reċentement u li se jiffoka fuq it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija għal livelli li ma għadhomx jitqiesu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Aħna ltqajna ma’ Ian Marnane, espert tal-ambjent, tas-saħħa u tal-benesseri tal-EEA. Attwalment qed jaħdem fuq rapport li jmiss tal-EEA dwar it-Tniġġis Żero, li mistenni jiġi ppubblikat aktar tard din is-sena.
L-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna biddlet il-ħajjiet tal-Ukreni minn ġurnata għall-oħra. L-impatti ta’ din il-gwerra mhux ġustifikata jinħassu mhux biss fl-Ukrajna iżda wkoll lil hinn sew mill-fruntieri tal-Ukrajna u se jkomplu jħallu impatt fuqna kollha għas-snin u saħansitra għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
L-2021 kienet ikkaratterizzata mill-Covid-19 u mill-impatti tat-tibdil fil-klima. Quddiem prezzijiet ogħla tal-enerġija u tħassib dwar is-saħħa, l-irkupru tal-Ewropa jeħtieġ deċiżjonijiet diffiċli fl-2022. L-azzjoni mdewma jew l-ambizzjonijiet aktar baxxi x’aktarx li jkollhom spejjeż soċjali u ekonomiċi ogħla fuq perjodu ta’ żmien twil. L-indirizzar tal-inugwaljanzi soċjali f’din it-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà huwa ċ-ċavetta għal futur aħjar għalina lkoll.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tikkoopera ma’ għadd kbir ta’ pajjiżi, inklużi dawk fil-Balkani tal-Punent. Din il-kooperazzjoni kif tkompli l-ħidma tal-UE dwar l-ambjent u kif inhi ta’ benefiċċju għall-Albanija, għall-Bożnija-Ħerzegovina, għall-Montenegro, għall-Maċedonja ta’ Fuq, għas-Serbja u għall-Kosovo? Aħna ninsabu f’kuntatt ma’ Luc Bas, il-kap tal-Programm ta’ Koordinazzjoni, Networks u Strateġija, biex niddiskutu kif l-EEA qiegħda taħdem ma’ dawn il-pajjiżi biex ittejjeb l-ambjent.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) reċentement ippubblikaw ir-Rapport Ambjentali dwar it-Trasport Marittimu Ewropew (EMTER), li huwa valutazzjoni konġunta dwar l-impatti ambjentali tat-trasport marittimu fl-Ewropa. Aħna intervistajna lil Stéphane Isoard, Kap tal-grupp għal suġġetti dwar l-ilma u l-baħar fl-EEA, li kien qed imexxi t-tim tal-EEA li kien qed jaħdem fuq ir-rapport.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/articles/all-articles or scan the QR code.
PDF generated on 23 Nov 2024, 01:13 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14