All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Article
Ir-rapport ta’ din is-sena jenfasizza l-fatt li konċentrazzjonijiet tat-tniġġis ta’ l-arja madwar l-Ewropa jkomplu jitjiebu bil-mod. Madankollu, għadna qed naraw effetti sinifikanti fuq is-saħħa. It-tniġġis ta’ l-arja jkompli jirriżulta fi kwalità tal-ħajja inferjuri minħabba l-mard. Ir-rapport aġġornat tagħna jipprovdi wkoll stima ġdida tal-impatti fuq is-saħħa tas-sustanzi li jniġġsu l-arja li l-aktar li jagħmlu ħsara bħall-PM25 li kien responsabbli għal madwar 467000 mewta prematura fis-sena fl-2013 f'madwar 41pajjiż Ewropew.
Il-perikli għas-saħħa kkawżati mit-tniġġis ta’ l-arja huma magħrufin sew, grazzi għal organizzazzjonijiet bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, u grazzi għall-fatt li n-nies madwar l-Ewropa qed isiru dejjem aktar konxji li l-problema hija waħda serja. Aħna esposti għalih kuljum. Ma tarahx iżda tista’ verament tħossu meta l-livelli tat-tniġġis tal-arja jkunu għoljin.
Ir-rapport jenfasizza l-impatt tat-trasport bit-triq fuq it-tniġġis tal-arja, li kien fl-aħbarijiet dan l-aħħar b’rabta ma’ diversi bliet Ewropej, fosthom Pariġi u Londra.
It-trasport bit-triq hu l-emittent ewlieni tad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) li hu wieħed mis-sustanzi li jniġġsu prinċipali li jagħmlu ħsara lis-saħħa. Din is-sustanza li tniġġes hija wkoll prekursur ta’ l-ożonu u tal-materja partikolata li tista' tifforma fl-arja. It-trasport huwa wkoll sors importanti ta’ materja partikolata primarja, mhux biss minħabba l-kombustjoni tal-karburant, iżda anki minħabba t-tkagħbir bl-użu tat-tajers u tal-brejkijiet, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas, it-trasport hu sors importanti ħafna tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.
It-trasport bit-triq ukoll jieħu parti kbira mill-ispazji pubbliċi tagħna, pereżempju l-konġestjoni tat-traffiku. Jikkawża wkoll l-istorbju. Għalhekk huwa problema multidimensjonali.
Ovvjament, ħadd mhuwa qed jixħet dubju dwar ir-rwol importanti li t-trasport u l-mobbiltà għandhom fil-ħajja ta’ kuljum tagħna, iżda kif immorru minn post għal ieħor jista’ jsir aktar sostenibbli. Qed naraw li ħafna bliet diġà qed jieħdu azzjoni madwar l-Ewropa, jippruvaw jistabbilixxu sistema ta’ mobbiltà aktar sostenibbli. Miżuri bħall-ħlas għall-konġestjoni huma rimedji għal perjodu ta' żmien qasir, għalhekk għandna nikkunsidraw bidliet fundamentali u innovattivi fuq perjodi ta' żmien itwal għas-sistema ta’ trasport tagħna biex intejbu l-benesseri ġenerali tagħna.
Fir-rigward ta' fran ta’ l-injam u fuklari, hi problema ikbar minn kemm jaħsbu n-nies, b’mod partikolari fi żmien ix-xitwa. Ħafna nies, speċjalment fl-Ewropa tal-Lvant u tat-Tramuntana, jixegħlu l-fuklari jew il-fran tal-injam tagħhom, u dawn jemettu ħafna PM2.5. Il-kombustjoni tal-karburant ta’ kull tip għat-tisħin tad-djar, bini kummerċjali u istituzzjonali ieħor effettivament hi l-akbar emittent tal-PM25. Is-settur kollu jemetti aktar minn nofs it-total tal-PMfil-livell Ewropew.
Problema oħra fix-xitwa tista’ tkun li f’kundizzjonijiet klimatiċi kalmi, il-parti l-kbira ta’ dawn l-emissjonijiet ikollhom it-tendenza li jibqgħu u li jżommu qrib l-art minħabba inverżjoni termali. Taħt dawn il-kundizzjonijiet, arja aktar kiesħa tibqa’ fis-saffi l-baxxi tal-atmosfera. L-arja aktar kiesħa, li hi eħxen, timpedixxi t-taħlit u d-dispersjoni ta’ l-emissjonijiet ‘il fuq fl-atmosfera, għalhekk it-tniġġis jibqa’ viċin l-art.
Waħda mill-kontribuzzjonijiet ewlenin ta’ l-EEA hi li tipprovdi l-għarfien u d-data meħtieġa biex tgħin lil dawk li jfasslu l-politika jagħmlu deċiżjonijiet aktar infurmati dwar il-kwalità ta’ l-arja. U x-xogħol tagħna wkoll jgħin biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni pubblika tal-problema, li hi daqstant importanti.
Aħna niġbru data uffiċjali dwar it-tniġġis ta’ l-arja minn pajjiżi Ewropej, li mbagħad nużawha biex nagħmlu l-valutazzjonijiet tal-kwalità ta’ l-arja regolari tagħna permezz ta’ rapporti u indikaturi. Aħna wkoll naqsmu d-data dwar it-tniġġis ta’ l-arja tagħna ma’ ħafna partijiet interessati oħra inkluż il-pubbliku ġenerali, l-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali u l-programm tas-satellita Copernicus ta’ l-UE. U aħna nipparteċipaw b’mod regolari f’seminars, f’konferenzi u f’laqgħat madwar l-Ewropa u fuq livell internazzjonali biex naqsmu u niddiskutu l-kwistjoni u s-sejbiet tagħna, li jgħinu jixprunaw azzjoni minn dawk li jfasslu l-politika. It-tniġġis ta’ l-arja hu marbut ma’ firxa wiesgħa ta’ oqsma politiċi, għalhekk waħda mill-prijoritajiet tagħna hija li nippromwovu politiki u miżuri trans-settorjali integrati.
Il-maġġoranza l-kbira tad-data tagħna tinġabar minn stazzjonijiet ta’ monitoraġġ tal-kwalità ta’ l-arja fissi, li huma mħaddmin minn awtoritajiet nazzjonali u lokali fil-pajjiżi membri tagħna. Madankollu, issa qed naraw l-użu ta’ teknoloġiji oħrajn ukoll, bħall-ġbir ta’ data bl-użu ta’ satelliti taħt il-programm Copernicus tal-UE. Din hija xi ħaġa pjuttost ġdida. L-EEA taħdem mas-servizzi atmosferiċi ta' Copernicus, u fit-tim tal-kwalità ta’ l-arja ta’ l-EEA, nużaw ukoll din id-data fix-xogħol tagħna. Billi ngħaqqdu l-informazzjoni mis-satelliti mal-mudellar, nistgħu niksbu distribuzzjoni spazjali aħjar tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu. Għalhekk minflok niġbru d-data f’ċerti intervalli minn ċerti stazzjonijiet għall-kejl biss, nistgħu niksbu stampa ferm usa’. Iżda hu essenzjali li nikkonfermaw ir-riżultati mudell ma’ osservazzjonijiet reali, u dan hu fejn id-data ta’ l-EEA rċevuta minn pajjiżi madwar l-Ewropa hi imperattiva.
Qed nibdew naraw ukoll monitoraġġ fil-livell lokali, xprunat miċ-ċittadini tat-tniġġis ta’ l-arja bl-użu ta’ sensers. Huwa sors ġdid ta’ informazzjoni, iżda l-preċiżjoni ta’ dawk l-apparati għad trid titjieb. Għadhom mhumiex kompletament affidabbli, iżda hi teknoloġija emerġenti u hi mod tajjeb ħafna kif tiżdied is-sensibilizzazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-komunità fl-indirizzar tal-problemi tat-tniġġis ta’ l-arja. Xi darba, din it-teknoloġija tista’ ssir sors kumplimentari tajjeb ta’ informazzjoni wkoll.
Alberto González Ortiz
L-intervista ppubblikata fil-Bulettin ta’ l-EEA ta’ l-04/2016, Diċembru 2016
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/articles/il-kwalita-ta2019-l-arja or scan the QR code.
PDF generated on 22 Nov 2024, 08:58 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn