All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
L-Unjoni Ewropea tat bidu għal pjanijiet ambizzjużi biex tnaqqas b’mod drastiku l-emissjonijiet u t-tniġġis matul id-deċennji li ġejjin. Parti minn dan jinkludi l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero li tnieda reċentement u li se jiffoka fuq it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija għal livelli li ma għadhomx jitqiesu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Aħna ltqajna ma’ Ian Marnane, espert tal-ambjent, tas-saħħa u tal-benesseri tal-EEA. Attwalment qed jaħdem fuq rapport li jmiss tal-EEA dwar it-Tniġġis Żero, li mistenni jiġi ppubblikat aktar tard din is-sena.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) reċentement ippubblikaw ir-Rapport Ambjentali dwar it-Trasport Marittimu Ewropew (EMTER), li huwa valutazzjoni konġunta dwar l-impatti ambjentali tat-trasport marittimu fl-Ewropa. Aħna intervistajna lil Stéphane Isoard, Kap tal-grupp għal suġġetti dwar l-ilma u l-baħar fl-EEA, li kien qed imexxi t-tim tal-EEA li kien qed jaħdem fuq ir-rapport.
Ħafna nies għadhom jassoċjaw il-merkurju mat-termometri u ħafna jafu wkoll li huwa tossiku. Minħabba t-tossiċità tiegħu, il-merkurju qed jinqata’ minn prodotti fl-Ewropa iżda ħafna minnu għadu jiċċirkola fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fl-ekosistemi. Il-merkurju għadu problema u x'qed isir dwaru? Aħna intervistajna lil Ian Marnane, espert tal-EEA dwar l-użu tar-riżorsi sostenibbli u l-industrija.
Il-ħajja fil-baħar, il-klima globali u l-ekonomija u l-benesseri soċjali tagħna kollha jiddependu minn ibħra b'saħħithom. Minkejja ċertu titjib, il-valutazzjonijiet tagħna juru li l-mod kif attwalment qegħdin nużaw l-ibħra Ewropej għadu insostenibbli. It-tibdil fil-klima u l-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali jżidu aktar pressjoni fuq l-ambjent tal-baħar. Il-politiki u l-miżuri Ewropej jistgħu jirriżultaw f'aktar titjib meta jkunu implimentati permezz ta' approċċ ta' "ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema" u jkunu appoġġjati minn qafas ta' governanza globali tal-oċeani.
Bit-tkabbir fil-popolazzjoni, l-urbanizzazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku, id-domanda għall-ilma ħelu f’żoni urbani qiegħda tiżdied fl-Ewropa. Fl-istess ħin, it-tibdil fil-klima u t-tniġġis qegħdin jaffettwaw ukoll id-disponibbiltà tal-ilma għal residenti tal-ibliet. Kif jistgħu l-ibliet fl-Ewropa jkomplu jipprovdu ilma ħelu nadif għar-residenti tagħhom?
L-ikel huwa bżonn u jeħtieġ li jkollna ilma ħelu, nadif, biex nipproduċu l-ikel tagħna. Bid-domanda dejjem tiżdied mill-attivitajiet tal-bniedem fuq naħa, u t-tibdil fil-klima fuq in-naħa l-oħra, ħafna reġjuni speċjalment fin-nofsinhar isibuha diffiċli biex isibu biżżejjed ilma ħelu għall-ħtiġijiet tagħhom. Kif nistgħu inkomplu nkabbru l-ikel mingħajr ma nħallu n-natura bil-għatx għall-ilma ħelu, nadif? Użu aktar effiċjenti tal-ilma fl-agrikoltura jkun ċertament ta’ għajnuna.
L-agrikoltura timponi piż tqil li dejjem qed ikompli jikber fuq ir-riżorsi tal-ilma tal-Ewropa, li jfisser theddida ta’ nuqqas ta’ ilma u ħsara għall-ekosistemi. Biex jaslu għal użu sostenibbli tal-ilma, il-bdiewa għandhom jingħataw il-inċentivi ta’ prezzijiet, il-pariri u l-għajnuna xierqa.
'L‑ilma tagħna jinqata’ darba jew darbtejn fix‑xahar, xi kultant iktar’ jirrakkonta Barış Tekin mill‑appartament tiegħu f’Beşiktaş, distrett storiku f’Istanbul, fejn huwa jgħix ma’ martu u binthom. 'Aħna għandna madwar 50 litru ilma fil‑fliexken ġewwa l‑appartament għall‑ħasil u t‑tindif, għal dak li jista’ jinqala’. Jekk l‑ilma jkun ilu maqtugħ għal ħin tassew twil ħafna mmorru fil‑post ta’ missieri jew għand il‑ġenituri tal‑mara' ikompli Barış, professur tal‑ekonomija fl‑Università ta’ Marmara.
Ħrafa ta’ sajjied Fil‑lejl tas‑6 ta’ Ottubru 1986 sajjieda tal‑awwisti mill‑belt żgħira ta’ Gilleleje, fit‑tramuntana ta’ Kopenħagen, li kienu qiegħdin jistadu fil‑Baħar ta’ Kattegat, sabu x‑xbieki tagħhom mimlijin sax‑xfar bl‑awwisti Norveġiżi. Ħafna mil‑annimali kienu mejtin jew qed imutu. Daqs nofshom kienu ta’ lewn stramb.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/themes/water/articles/articles_topic or scan the QR code.
PDF generated on 22 Nov 2024, 08:34 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn