All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
L-isfida tal-bidla fil-klima, u x'nagħmlu dwarha, tiddefinixxi lilna, l-era tagħna, u fl-aħħarnett, il-wirt globali tagħna.
Is-Segretarju-Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon, 2007
L-objettiv fit-tul tal-UNFCCC, huwa 'li tistabbilizza l-konċentrazzjonijiet atmosferiċi tal-gas tal-effett serra f'livell li jkun jipprevjeni interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima '. Il- Protokoll ta' Kjoto huwa l-ewwel pass sabiex jinkiseb dan. Dan jistabbilixxi miri ta' tnaqqis għal ħafna pajjiżi industrijalizzati, inklużi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, u jillimita ż-żidiet fl-emissjonijiet tal-kumplament tal-pajjiżi:
L-Istati Uniti tal-Amerka, li għandha emissjonijiet għoljin ta' gass b'effett ta' serra, ma rratifikatx il-Protokoll.
Il-Pajjiżi huma mistennija li jilħqu l-mira tagħhom l-aktar permezz ta' linji politiċi u miżuri domestiċi. Dawn jitħallew jilħqu parti mill-miri tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjoni billi jinvestu fi proġetti li jnaqqsu l-emissjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw (il-Mekkaniżmu tal-Iżvilupp Nadif, CDM) jew f'dawk żviluppati (l-Implimentazzjoni Konġunta). Is-CDM hija wkoll maħsuba sabiex tappoġġja l-iżvilupp sostenibbli, eż. billi tiffinanzja proġetti ta' enerġija li tiġġedded.
L-IPCC isejjaħ għal tnaqqis fl-emissjonijiet globali ta' madwar 50 % sa nofs is-seklu 21. Dan jimplika tnaqqis ta' 60-80 % tal-emissjonijiet minn pajjiżi żviluppati. Pajjiżi li qed jiżviluppaw b'emissjonijiet għolja, bħaċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil, se jkollhom jillimitaw it-tkabbir tal-emissjonijiet tagħhom.
Qed ikun innegozjat ftehim internazzjonali fi ħdan il-UNFCCC għal wara l-2012. L-għan hu li jintlaħaq ftehim fil-konferenza dwar il-klima ippjanata f'Kopenħagen f'Diċembru 2009.
Ħafna pajjiżi Ewropej adottaw programmi nazzjonali bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet. Ġew adottati wkoll diversi linji politiċi u miżuri fil-livell tal-UE permezz tal- Programm Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima, per eżempju:
L- Iskema ta' l-UE dwar in-Negozjar tal-Emissjoni tad-diossidu tal-karbonju (vidjohija l-bażi tal-isforzi tal-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet b'mod effettiv meta mqabbel mal-ispejjeż. F'Marzu 2007, il-mexxejja tal-UE approvaw pjan ambizzjuż dwar il-bidla fil-klima u l-enerġija sabiex jillimitaw l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra fl-UE b'tal-inqas 20 % sal-2020 (mill-livelli tal-1990) u sal-2020, tinkiseb mira ta' 20 % tal-użu tal-enerġija primarja tal-UE permezz tal-enerġija li tiġġedded. F'Jannar 2008, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ġdid dwar l-enerġija u l-klima sabiex tikseb mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet (vidjo). Setturi varji bħall-agrikoltura, it-trasport u l-kostruzzjoni u l-Istati Membri kollha se jkollhom jagħtu sehemhom u jikkontribwixxu għall-miri Ewropej skont il-kapaċitajiet finanzjarji rispettivi tagħhom. Għal setturi li għandhom intensità ta' enerġija, bħall-azzar u l-kimiċi, il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ is-Sistema tal-UE ta' Negozjar tal-Emissjonijiet sabiex tgħin biex jintlaħaq l-objettiv ta' 20%. It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra jeħtieġ żieda fl-użu ta' enerġiji li jiġġeddu, li jimplika wkoll provvista ta' enerġija aktar diversifikata għall-Ewropa.
Oqsma ġodda ta' politika li għalihom qed ikunu żviluppati miżuri oħra ta' tnaqqis fl-emissjoni jinkludu l-avjazzjoni (vidjo), CO2 u l-karozzi (vidjo), u l-qbid u l-ħażna tal-karbonju (vidjo) .
Xi pajjiżi membri tal-EEA ħejjew Strateġiji Nazzjonali dwar L-Adattament għall-Bidla fil-Klima jew bdew jippreparawhom. Il- Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea tal-2007 dwar 'L-adattament għall-bidla fil-klima fl-Ewropa - l-opzjonijiet għall-azzjoni mill-UE' bħalissa tinsab għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/themes/climate/policy-context or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 12:17 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn