li jmiss
preċedenti
punti

Press Release

L-ambjent Ewropew 2015: il-prosperità tal-futur tiddependi fuq passi kuraġġużi dwar il-politika, l-għarfien, l-investimenti u l-innovazzjoni

Biddel il-lingwa
Press Release Ippubblikat 26 Feb 2015 Mibdul l-aħħar 17 Feb 2017
Photo: © EEA, Keith Arkins, Alexander Goranov
Il- policies dwar l-ambjent u il-klima tal-Ewropa taw benefiċċji sostanzjali, tejbu l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja, filwaqt li mmotivaw l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir. Minkejja dawn il-gwadanji, l-Ewropa għadha tiffaċċja firxa ta’ sfidi ambjentali persistenti u li qegħdin jikbru. L-indirizzar tagħhom jeħtieġ bidliet fundamentali fis-sistemi tal-produzzjoni u l-konsum li huma l-kawża ewlenija tal-problemi ambjentali.

L-analiżi tagħna turi li l-policies Ewropej indirizzaw b’suċċess ħafna sfidi ambjentali matul is-snin. Iżda turi wkoll li għadna nagħmlu ħsara lis-sistemi naturali li jsostnu l-prosperità tagħna.

Hans Bruyninckx, Direttur Eżekuttiv tal-EEA

Dawn huma xi wħud mill-messaġġi ewlenin mill-valutazzjoni ta' kull ħames snin tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ‘L-Ambjent Ewropew - l-istat u l-perspettiva 2015’ (SOER 2015), ippubblikata llum. SOER 2015 huwa valutazzjoni integrata tal-ambjent Ewropew. Jinkludi wkoll valutazzjonijiet udata fil-livelli globali, reġjonali u tal-pajjiżi, kif ukoll paragun bejn il-pajjiżi.

Il-policiestal-UE taw benefiċċji sostanzjali

Illum, l-Ewropej igawdu arja u ilma aktar indaf, inqas skart jintbagħat fil-miżbla u aktar riżorsi huma riċiklati. Madankollu, l-Ewropa għadha l-bogħod milli tikseb l-objettiv ta’ ‘għajxien tajjeb fil-limiti tal-pjaneta’ sal-2050, kif stabbilit fis-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali. Għalkemm nużaw riżorsi naturali b’mod aktar effiċjenti minn qabel, għadna qed niddegradaw il-bażi tar-riżorsi li niddependu fuqha fl-Ewropa u madwar id-dinja. Problemi bħat-telf tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima jibqgħu theddid maġġuri.

Hans Bruyninckx, Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qal: ‘L-analiżi tagħna turi li l-policiesEwropej indirizzaw b’suċċess ħafna sfidi ambjentali matul is-snin. Iżda turi wkoll li għadna nagħmlu ħsara lis-sistemi naturali li jsostnu l-prosperità tagħna. Filwaqt li l-għajxien fil-limiti tal-pjaneta huwa sfida kbira ħafna, hemm benefiċċji enormi jekk inwieġbu għaliha. L-użu sħiħ tal-kapaċità tal-Ewropa għall-innovazzjoni jista’ jagħmilna verament sostenibbli u jpoġġina fuq quddiem fix-xjenza u t-teknoloġija, filwaqt li noħolqu industriji ġodda u soċjetà aktar b’saħħitha.’

SOER 2015 jenfasizza l-ħtieġa għalpoliciesaktar ambizzjużi biex tinkiseb il-viżjoni tal-Ewropa 2050. Jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal avviċinar ġodda li jwieġbu għan-natura sistemika ta’ ħafna problemi ambjentali. Pereżempju, pressjonijiet esterni, inklużi tendenzi kumplessivi globali, jistgħu jaħdmu kontrapoliciesspeċifiċi u sforzi lokali ta’ ġestjoni ambjentali. Barra minn hekk, ħafna sfidi ambjentali huma marbuta mill-qrib ma’ sistemi tal-produzzjoni u l-konsum li jappoġġjaw għadd kbir ta’ impjiegi u għajxien u għalhekk bidliet għal dawn is-sistemi joħolqu diversi spejjeż u benefiċċji. Barra minn hekk, it-titjib fl-effiċjenza huwa ħafna drabi injorat permezz ta’ żieda fil-konsum.

Ir-rapport jikkonkludi li għalkemm l-implimentazzjoni sħiħa ta’policieseżistenti tkun essenzjali, la l-policiesambjentali attwalment fis-seħħ, u lanqas il-gwadanji fl-effiċjenza ekonomiċi u dawk immexxija mit-teknoloġija, ma jkunu biżżejjed biex tinkiseb il-viżjoni tal-Ewropa 2050.

Il-ħtieġa li jiġu trasformati sistemi ewlenin

L-indirizzar tal-isfidi kumplessi li qed tiffaċċja l-Ewropa se jeħtieġpoliciesaktar ambizzjużi, flimkien ma’ għarfien aħjar u investimenti aktar intelliġenti, immirati lejn it-trasformazzjoni b’mod fundamentali tas-sistemi ewlenin bħal dawk tal-ikel, l-enerġija, l-akkomodazzjoni, it-trasport, il-finanzi, is-saħħa u l-edukazzjoni. Jeħtieġ ukoll strateġiji u avviċinar mmirati lejn il-mitigazzjoni ta’ pressjonijiet u l-evitar ta’ ħsara potenzjali, ir-restawr tal-ekosistemi, il-korrezzjoni ta’ inugwaljanzi soċjoekonomiċi, u l-adattamenti għal tendenzi globali bħat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis fir-riżorsi.

It-tabib Bruyninckx kompla: ‘Għandna 35 sena biex niżguraw li ngħixu fuq pjaneta sostenibbli sal-2050. Dan jista’ jidher bħala ġejjieni ’l bogħod, iżda biex niksbu l-għan tagħna, jeħtieġ li naġixxu issa. Jeħtieġ li l-azzjonijiet u l-investimenti tagħna jkunu aktar ambizzjużi u aktar koerenti. Ħafna mid-deċiżjonijiet li nagħmlu llum jiddeterminaw kif se ngħixu fl-2050.’

SOER 2015 L-ambjent Ewropew: fatti u xejriet magħżula

Kapital naturali

  • Il-policies tal-UE naqqsu t-tniġġis u tejbu b’mod sinifikanti l-kwalità tal-arja u tal-ilma tal-Ewropa. Madankollu, id-degradazzjoni kontinwa tal-ekosistemi thedded il-produzzjoni ekonomika u l-benesseru tal-Ewropa.
  • Il-bijodiversità tkompli titnaqqar. 60 % ta’ l-speċijiet protetti u 77 % tat-tipi ta’ ħabitat ivvalutati qed jiġu kkunsidrati bħala fi stat ta’ konservazzjoni mhux favorevoli. L-Ewropa mhijiex qiegħda timxi lejn l-ilħuq tal-mira tagħha tal-2020 li twaqqaf it-telfa tal-bijodiversità.
  • Il-kwalità tal-ilma ħelu tjiebet matul is-snin riċenti, madankollu, madwar nofs l-organiżmi tal-ilma ħelu fl-Ewropa x’aktarx ma jiksbux 'stat ekoloġiku tajjeb' fl-2015.
  • Il-bijodiversità marina u kostali hija qasam partikolari ta’ tħassib. Il-pressjonijiet jinkludu l-ħsara f’qiegħ il-baħar, it-tniġġis, l-ispeċijiet aljeni invażivi u l-aċidifikazzjoni. Is-sajd żejjed naqas fl-Atlantiku u fil-Baltiku, waqt li fil-Mediterran għandna stampa iktar negattiva, bi 91% ta' sajd zejjed li sar fl-2014
  • Inqas minn 6 % taż-żona tal-ażjendi agrikoli fl-Ewropa ntużat għal agrikoltura organika fl-2012, b’differenzi kbar bejn il-pajjiżi.
  • Jekk inħarsu ’l quddiem, l-impatti tat-tibdil fil-klima huma mmirati li se jintensifikaw il-pressjonijiet u l-impatti. u  jista'  jinqala' minn taħt in-nuqqas ta' bijodiversità li huwa mistenni li jkompli.

L-effiċjenza fir-riżorsi

  • Il-konsum domestiku tar-riżorsi kien 16.7 tunnellata għal kull persuna fl-2007, li naqas għal 13.7 tunnellata fl-2012, parzjalment minħabba l-kollass tal-industrija tal-kostruzzjoni f’xi pajjiżi.
  • Il-ġestjoni tal-iskart tjiebet fis-snin riċenti, b'inqas skart jiġi ġġenerat u inqas skart jintbagħat fil-miżbla. Ir-rati tar-riċiklaġġ żdiedu f’21 pajjiż bejn l-2004 u l-2012, filwaqt li r-rati tar-rimi f’miżbla naqsu f’27 minn 31 pajjiż (li għalihom id-datahija disponibbli). Il-pajjiżi tal-EEA kisbu rata ta’ riċiklaġġ medja ta’ 29% fl-2012, meta mqabbla ma’ 22% fl-2004.
  • L-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra naqsu b’19% mill-1990 minkejja żieda ta’ 45% fil-produzzjoni ekonomika. L-użu tal-karburanti fossili naqas, l-istess bħall-emissjonijiet ta’ xi sustanzi li jniġġsu mit-trasport u mill-industrija.
  • Il-kriżi finanzjarja tal-2008 u d-diffikultajiet ekonomiċi sussegwenti kkontribwixxew ukoll għat-tnaqqis ta’ xi pressjonijiet ambjentali. Għad irridu naraw jekk it-titjib jiġix sostnut.
  • Il-politika miftehma attwalment mihiex biżżejjed biex l-Ewropa tikseb l-għanijiet ambjentali fit-tul tagħha, bħat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra bi 80-95%.

Is-saħħa u l-benesseru

  • Il-policies ambjentali ġabu titjib fil-kwalità tal-ilma tajjeb għax-xorb u tal-ilma għall-għawm, u naqqsu l-esponiment għas-sustanzi li jniġġsu perikolużi ewlenin.
  • It-tniġġis tal-arja u ta' storbju  jkomplu jikkawżaw impatti serji għas-saħħa f’żoni urbani. Fl-2011, madwar 430,000 każ ta' mewt bikrija fl-UE ġew attribwiti għal materja fina partikulata filwaqt li l-esponiment għall-istorbju jikkontribwixxi għal tal-anqas 10,000 każ ta’ mewt bikrija minħabba mard tal-qalb kull sena.
  • L-użu dejjem jikber tas-sustanzi kimiċi, b’mod partikolari fi prodotti tal-konsumatur, ġie assoċjat ma’ żieda osservata ta’ mard u disturbi endokrinali fil-bniedem.
  • It-titjib proġettat fil-kwalità tal-arja mhuwiex mistenni li jkun biżżejjed biex jipprevjeni ħsara kontinwa, filwaqt li l-impatti li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima huma mistennija jeħżienu.
  • Is-settur tal-industrija ambjentali kiber b’aktar minn 50% mill-2000 sal-2011, u huwa wieħed mill-ftit setturi li ffjorixxa f’termini ta’ dħul u impjiegi sa mill-kriżi finanzjarja tal-2008.

Noti lill-editur

Dwar l-EEA

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea. L-EEA għandha l-għan li ssostni l-iżvilupp sostenibbli u li tgħin biex tilħaq titjib sinifikanti u miżurabbli fl-ambjent tal-Ewropa, billi tipprovdi informazzjoni f'waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lill-aġenti li jfasslu l-politika u lill-pubbliku. L-EEA hija appoġġjata fil-ħidma tagħha min-netwerk Ewropew ta' informazzjoni u għall-Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet), netwerk ta’ 39 pajjiż Ewropew.

Dwar SOER 2015

L-Ambjent Ewropew – l-istat u l-perspettiva 2015’ huwa magħmul minn żewġ rapporti u 87 sommarju online. Dawn jinkludu r-rapport ta’ ‘Sintesi’ u r-rapport ta’ ‘Valutazzjoni tat-tendenzi kumplessivi globali’, ikkumplimentati minn 11-il sommarju dwar tendenzi kumplessivi globali, 25 sommarju Ewropew, disa' sommarji ta’ paragun bejn il-pajjiżi, 39 sommarju dwar il-pajjiżi (abbażi tal-istat nazzjonali tar-rapporti ambjentali), u tliet sommarji reġjonali.

SOER 2015:

  • Jipprovdi valutazzjoni komprensiva u integrata tal-istat tal-ambjent Ewropew, it-tendenzi u l-prospetti f’kuntest globali.
  • Jinforma l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali Ewropea bejn l-2015 u l-2020.
  • Janalizza l-opportunitajiet biex jiġu mmodifikati politiki eżistenti (u l-għarfien użat biex dawk il-politiki jiġu infurmati) sabiex tintlaħaq il-viżjoni 2050 tal-Unjoni Ewropea ta' għajxien tajjeb fil-limiti tal-pjaneta.
  • Kien ippreparat bħala impriża konġunta f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Eionet, kif ukoll mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, diversi organizzazzjonijiet internazzjonali kienu involuti fl-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni.
  • www.eea.europa.eu/soer

Informazzjoni ta’ kuntatt

Għal mistoqsijiet mill-midja:

Is-Sinjura Iben Stanhardt

Is-Sur Arthur Girling

+45 33 36 7168

iben.stanhardt@eea.europa.eu      

+45 33 36 7109

arthur.girling@eea.europa.eu      

Permalinks

Geographic coverage