All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
L-analiżi tagħna turi li l-policies Ewropej indirizzaw b’suċċess ħafna sfidi ambjentali matul is-snin. Iżda turi wkoll li għadna nagħmlu ħsara lis-sistemi naturali li jsostnu l-prosperità tagħna.
Hans Bruyninckx, Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Dawn huma xi wħud mill-messaġġi ewlenin mill-valutazzjoni ta' kull ħames snin tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ‘L-Ambjent Ewropew - l-istat u l-perspettiva 2015’ (SOER 2015), ippubblikata llum. SOER 2015 huwa valutazzjoni integrata tal-ambjent Ewropew. Jinkludi wkoll valutazzjonijiet udata fil-livelli globali, reġjonali u tal-pajjiżi, kif ukoll paragun bejn il-pajjiżi.
Illum, l-Ewropej igawdu arja u ilma aktar indaf, inqas skart jintbagħat fil-miżbla u aktar riżorsi huma riċiklati. Madankollu, l-Ewropa għadha l-bogħod milli tikseb l-objettiv ta’ ‘għajxien tajjeb fil-limiti tal-pjaneta’ sal-2050, kif stabbilit fis-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali. Għalkemm nużaw riżorsi naturali b’mod aktar effiċjenti minn qabel, għadna qed niddegradaw il-bażi tar-riżorsi li niddependu fuqha fl-Ewropa u madwar id-dinja. Problemi bħat-telf tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima jibqgħu theddid maġġuri.
Hans Bruyninckx, Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qal: ‘L-analiżi tagħna turi li l-policiesEwropej indirizzaw b’suċċess ħafna sfidi ambjentali matul is-snin. Iżda turi wkoll li għadna nagħmlu ħsara lis-sistemi naturali li jsostnu l-prosperità tagħna. Filwaqt li l-għajxien fil-limiti tal-pjaneta huwa sfida kbira ħafna, hemm benefiċċji enormi jekk inwieġbu għaliha. L-użu sħiħ tal-kapaċità tal-Ewropa għall-innovazzjoni jista’ jagħmilna verament sostenibbli u jpoġġina fuq quddiem fix-xjenza u t-teknoloġija, filwaqt li noħolqu industriji ġodda u soċjetà aktar b’saħħitha.’
SOER 2015 jenfasizza l-ħtieġa għalpoliciesaktar ambizzjużi biex tinkiseb il-viżjoni tal-Ewropa 2050. Jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal avviċinar ġodda li jwieġbu għan-natura sistemika ta’ ħafna problemi ambjentali. Pereżempju, pressjonijiet esterni, inklużi tendenzi kumplessivi globali, jistgħu jaħdmu kontrapoliciesspeċifiċi u sforzi lokali ta’ ġestjoni ambjentali. Barra minn hekk, ħafna sfidi ambjentali huma marbuta mill-qrib ma’ sistemi tal-produzzjoni u l-konsum li jappoġġjaw għadd kbir ta’ impjiegi u għajxien u għalhekk bidliet għal dawn is-sistemi joħolqu diversi spejjeż u benefiċċji. Barra minn hekk, it-titjib fl-effiċjenza huwa ħafna drabi injorat permezz ta’ żieda fil-konsum.
Ir-rapport jikkonkludi li għalkemm l-implimentazzjoni sħiħa ta’policieseżistenti tkun essenzjali, la l-policiesambjentali attwalment fis-seħħ, u lanqas il-gwadanji fl-effiċjenza ekonomiċi u dawk immexxija mit-teknoloġija, ma jkunu biżżejjed biex tinkiseb il-viżjoni tal-Ewropa 2050.
L-indirizzar tal-isfidi kumplessi li qed tiffaċċja l-Ewropa se jeħtieġpoliciesaktar ambizzjużi, flimkien ma’ għarfien aħjar u investimenti aktar intelliġenti, immirati lejn it-trasformazzjoni b’mod fundamentali tas-sistemi ewlenin bħal dawk tal-ikel, l-enerġija, l-akkomodazzjoni, it-trasport, il-finanzi, is-saħħa u l-edukazzjoni. Jeħtieġ ukoll strateġiji u avviċinar mmirati lejn il-mitigazzjoni ta’ pressjonijiet u l-evitar ta’ ħsara potenzjali, ir-restawr tal-ekosistemi, il-korrezzjoni ta’ inugwaljanzi soċjoekonomiċi, u l-adattamenti għal tendenzi globali bħat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis fir-riżorsi.
It-tabib Bruyninckx kompla: ‘Għandna 35 sena biex niżguraw li ngħixu fuq pjaneta sostenibbli sal-2050. Dan jista’ jidher bħala ġejjieni ’l bogħod, iżda biex niksbu l-għan tagħna, jeħtieġ li naġixxu issa. Jeħtieġ li l-azzjonijiet u l-investimenti tagħna jkunu aktar ambizzjużi u aktar koerenti. Ħafna mid-deċiżjonijiet li nagħmlu llum jiddeterminaw kif se ngħixu fl-2050.’
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea. L-EEA għandha l-għan li ssostni l-iżvilupp sostenibbli u li tgħin biex tilħaq titjib sinifikanti u miżurabbli fl-ambjent tal-Ewropa, billi tipprovdi informazzjoni f'waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lill-aġenti li jfasslu l-politika u lill-pubbliku. L-EEA hija appoġġjata fil-ħidma tagħha min-netwerk Ewropew ta' informazzjoni u għall-Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet), netwerk ta’ 39 pajjiż Ewropew.
‘L-Ambjent Ewropew – l-istat u l-perspettiva 2015’ huwa magħmul minn żewġ rapporti u 87 sommarju online. Dawn jinkludu r-rapport ta’ ‘Sintesi’ u r-rapport ta’ ‘Valutazzjoni tat-tendenzi kumplessivi globali’, ikkumplimentati minn 11-il sommarju dwar tendenzi kumplessivi globali, 25 sommarju Ewropew, disa' sommarji ta’ paragun bejn il-pajjiżi, 39 sommarju dwar il-pajjiżi (abbażi tal-istat nazzjonali tar-rapporti ambjentali), u tliet sommarji reġjonali.
SOER 2015:
Għal mistoqsijiet mill-midja:
Is-Sinjura Iben Stanhardt | Is-Sur Arthur Girling |
---|---|
+45 33 36 7168 iben.stanhardt@eea.europa.eu |
+45 33 36 7109 arthur.girling@eea.europa.eu |
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/l-ambjent-ewropew-2015-il or scan the QR code.
PDF generated on 22 Nov 2024, 07:59 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn