All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Is-setturi ta’ l-industrija ta’ l-Ewropa jipprovdu ħafna benefiċċji ekonomiċi u soċjali importanti: dawn jipproduċu oġġetti u prodotti, u jiġġeneraw l-impjiegi u d-dħul mit-taxxa. Madankollu, l-akbar installazzjonijiet industrijali ta’ l-Ewropa jirrappreżentaw sehem sinifikanti mill-emissjonijiet totali ta’ sustanzi li jniġġsu u gassijiet b’effett ta’ serra (GHGs) ewlenin, kif ukoll ta’ impatti ambjentali importanti oħra, inkluż ir-rilaxx ta’ sustanzi li jniġġsu fl-ilma u l-ħamrija, il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart u l-użu ta’ l-enerġija.
L-industrija hija komponent ewlieni ta’ l-ekonomija Ewropea iżda hija wkoll sors tat-tniġġis. Għal ħafna snin, ir-regolazzjoni ambjentali llimitat l-impatti negattivi ta' dan it-tniġġis fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Il-politiki ta’ l-UE użati attwalment biex jillimtaw it-tniġġis industrijali jinkludu dawn li ġejjin:
L-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar it-tniġġis industrijali tjieb b'mod sinfikanti f'dawn l-aħħar deċennji. B'mod partikolari, ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Traferiment ta' Inkwinanti (E-PRTR) jipprovdi reġistru komprensiv ta' emissjonijiet li jniġġsu u trasferimenti minn attivitajiet industrijali ewlenin. Huwa jinkludi informazzjoni annwali fuq aktar minn 30000 faċilità industrijali madwar 33pajjiż Ewropew dwar l-ammonti ta' rilaxx ta' inkwinanti fl-arja, l-ilma u l-art kif ukoll trasferimenti 'l barra mis-sit u ta' inkwinanti fl-ilma mormi.
Ġew introdotti wkoll kriterji ta' sostenibilità biex jgħinu fit-tnaqqis ta’ l-impatti ta’ l-industrija fuq l-ambjent. Eżempji ta' inizjattivi ta’ l-industrija bħal dawn huma l-adozzjoni mifruxa ta' prattiki ta’ l-immaniġġjar ambjentali permezz ta’ l-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi Ewropea (EMAS) u ISO14001.
L-inizjattivi tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva Volontarja (CSR) ġew introdotti wkoll biex jilħqu l-objettivi soċjali u ambjentali lill hinn mir-rekwiżiti legali. Eżempji huma l-inizjattiva mill-industrija tal-kimiċi Responsible Care, l-inizjattiva Global e-Sustainability (GeSI), il-Materials Stewardship Policy tal-Kunsill Internazzjonali dwar il-Mini u l-Metalli u n-netwerk tan-negozju CSR Europe.
Fil-livell tal-politika tal-UE, il-Kummissjoni adottat Strateġija dwar ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva u fil-livell internazzjonali l-istandard ISO 26000 dwar ir-responsabbiltà soċjali li jipprovdi gwida ta' kif in-negozji u l-organizzazzjonijiet jistgħu joperaw b'mod li huwa soċjalment responsabbli.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tappoġġa l-implimentazjzoni u l-evalwazzjoni tal-politiki ta' tniġġis industrijali ta’ l-UE. Nappoġġaw ukoll l-iżvilupp ta' strateġiji fit-tul sabiex jiġu limitati l-impatti ambjentali u tas-saħħa mis-settur.
L-EEA tappoġġa lill-UE fl-iżvilupp ta’ strateġiji fit-tul sabiex jitnaqqsu l-pressjonijiet ambjentali mill-industrija billi tipprovdi valutazzjoni u informazzjoni lil dawk li jfasslu l-politika. L-attivitajiet u l-prodotti ewlenin tagħna jinkludu d-disponibilità tad-data rrapportata mill-pajjiżi Ewropej bħala parti mill-obbligi ta’ rapportar tagħhom skont il-leġiżlazzjoni Ewropea.
L-EEA tappoġġa lill-UE fl-iżvilupp ta’ inizjattivi sabiex tiżdied is-simplifikazzjoni tar-rapportar dwar l-emissjonijiet industrijali. Dan jinkludi inizjattivi għall-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-rapportar ta’ informazzjoni industrijali għall-Istati Membri tal-UE u għall-kumpaniji f’leġiżlazzjonijiet differenti.
L-EEA tippubblika firxa ta’ rapporti ta’ valutazzjoni li jindirizzaw l-impatti ambjentali mis-settur industrijali tal-Ewropa. Dan jinkludi kontribuzzjonijiet għar-rapporti tal-EEA ta’ kull ħames snin 'European environment - state and outlook' (SOER) reports (‘L-Ambjent Ewropew – il-qagħda attwali u l-prospetti (SOER)’), kif ukoll rapporti speċifiċi.
L-EEA qed tiżviluppa għadd ta’ indikaturi dwar l-aspett tat-tniġġis industrijali. Aħna niżviluppaw ukoll profili ta’ pajjiżi biex nuru s-sitwazzjoni fil-pajjiżi membri tagħna.
Bl-użu tas-sorsi tad-data disponibbli, b’mod partikolari r-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti, l-EEA tenfasizza kwistjonijiet speċifiċi kull sena b’għadd ta’ tgħarrif dwar it-tniġġis industrijali.
Tranżizzjoni futura għal settur industrijali Ewropew iktar favur l-ambjent teħtieġ approċċ integrat, li jsaħħaħ il-kontroll tat-tniġġis fis-sors, u jipprovdi inċentivi għat-tibdil tal-prattiki operattivi u għall-implimentazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ġodda.
Il-leġiżlaturi jqisu t-titjib tal-bażi ta’ l-għarfien ta’l-Ewropa dwar it-tniġġis industrijali bħala prijorità. B'mod konsistenti mal-Konvenzjoni ta' Aarhus, is-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali jinkludi objettiv li l-informazzjoni ssir disponibbli b'mod usa' u aktar effettiv fuq l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis. L-IED teħtieġ li l-Istati Membri jtejbu l-informazzjoni kkonsolidata dwar l-installazzjonijiet industrijali.
L-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni msaħħa sejra tgħin fil-kontroll aħjar tal-emissjonijiet li jkunu ġejjin mill-industrija.
Għal emissjonijiet ta’ l-GHG, l-EU ETS tfasslet bħala għodda ewlenija sabiex tixpruna l-introduzzjoni ta' teknoloġijia b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju fis-settur industrijali. Fl-2020, l-emissjonijiet mis-setturi koperti mill-EU ETS sejrin ikunu 21% inqas minn dawk fl-2005. Sal-2030, sejrin ikunu 43% inqas b'mod konformi mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Ewropa ta' Ottubru 2014.
Fuq perjodu ta' żmien itwal, il-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni għal Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsijiddeskrivi kif l-ekonomija tal-Ewropa tista' ssir sostenibbli sal-2050. Jipproponi modi kif tiżdied il-produttivita tar-riżorsi u kif it-tkabbir jiġi disassoċjat mill-użu tar-riżorsi, filwaqt li tiġi evitata limitazzjoni għal kwalunkwe teknoloġija partikolari, fejn jiġi pprovdut żbokk għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG sa 80% taħt il-livelli tal-1990 sa’ l-2050 Il-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari stabbilixxa programm ta’ azzjoni b’miżuri li jkopru ċ-ċiklu sħiħ: mill-produzzjoni u l-konsum għall-ġestjoni tal-iskart u s-suq għall-materja prima sekondarja. Aktar informazzjoni tinstab fit-taqsima tas-sit web dwar “L-effiċjenza tar-riżorsi u l-iskart”.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/themes/industry/intro or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 11:24 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn