All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Article
Dawn il-pajjiżi huma pajjiżi tal-adeżjoni jew ta’ qabel l-adeżjoni tal-UE. Sabiex isir membru sħiħ tal-UE, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għadd ta’ politiki u l-qasam ambjentali huwa wieħed mill-akbar oqsma ta’ politika b’pakkett sostanzjali ta’ leġiżlazzjoni.
Barra minn hekk, il-Balkani tal-Punent huma l-ġirien tagħna u lkoll nafu li l-ambjent ma jiqafx fil-fruntiera, u għalhekk kooperazzjoni mill-qrib dwar kwistjonijiet ambjentali hija wkoll fl-interess tal-UE.
Fl-aħħar nett, bħala pajjiżi li jikkooperaw fin-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni Ambjentali (Eionet), il-Balkani tal-Punent għandhom aċċess għal ġabra kbira ta’ esperti, li jgħinuhom fl-isfidi ambjentali li jiffaċċjaw. Min-naħa tagħhom, l-esperti minn dawn il-pajjiżi jikkontribwixxu għan-network bl-għarfien espert tagħhom.
Il-kooperazzjoni tagħna tevolvi l-aktar madwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-valutazzjoni. Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jipprovdudatalill-EEA fuq bażi regolari f’oqsma bħall-emissjonijiet fl-arja jew il-kwalità tal-ilma, li tippermettilna nipproċessaw u nivvalutaw id-data. Din id-datasservi bħala l-bażi għal teħid ta’ deċiżjonijiet infurmat.
Ir-reġjun qiegħed jiffaċċja għadd ta’ sfidi, speċifikament dwar it-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija li jistgħu jiġu indirizzati kif xieraq biss meta jkunu disponibblidatau informazzjoni sodi u affidabbli. Ir-reġjun huwa wkoll speċifikament vulnerabbli f’termini tat-tibdil fil-klima. Hemm ukoll ħafna natura verġni li teħtieġ protezzjoni effettiva. Billi tipprovdi għarfien espert u bini tal-kapaċità, l-EEA għandha l-għan li tindirizza wkoll il-problemi f’dan il-qasam.
Il-Balkani tal-Punent huma integrati fil-ħidma ta’ Eionet fil-kapaċità tagħhom bħala “pajjiżi li jikkooperaw”. Fil-prattika, dan ifisser li nżommu network nazzjonali ta’ Eionet fil-pajjiżi. Dawn in-networks huma ġestiti mill-Punti Fokali Nazzjonali (PFN), maħtura fl-istituzzjonijiet rilevanti. Aħna naħdmu mill-qrib mal-PFN, u huma mistiedna għal laqgħat regolari tal-PFN/Eionet fejn jiġu diskussi u deċiżi aspetti aktar strateġiċi tal-ħidma tagħna. Barra minn hekk, in-network nazzjonali jikkonsisti f’Ċentri Nazzjonali ta’ Referenza (ĊNR), li kull wieħed minnhom ikopri tema ambjentali speċifika.
Iċ-ĊNR mill-pajjiżi membri u mill-pajjiżi li jikkooperaw kollha jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu l-aspetti l-aktar tekniċi tal-kooperazzjoni f’Eionet. Barra minn hekk, ta’ spiss nidentifikaw għadd ta’ oqsma tematiċi fejn hija meħtieġa assistenza speċifika, flimkien mal-Balkani tal-Punent u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn, bħall-Kummissjoni Ewropea. Dawn il-kwistjonijiet huma indirizzati fil-fond bl-għajnuna tal-esperti tal-EEA, iċ-Ċentri Tematiċi Ewropej (ETCs) u sħab rilevanti oħra fin-network. L-oqsma ewlenin li nindirizzaw huma tipikament appoġġ għar-rapportar dwar il-kwalità tal-arja, kwistjonijiet dwar il-kwalità tal-ilma, il-bijodiversità, kwistjonijiet relatati mal-iskart u mal-klima.
Biex nagħtu eżempju konkret, dan l-aħħar aħna ppubblikajna profili tal-pajjiżi dwar il-ġestjoni tal-iskart fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, li nipproduċu wkoll għall-pajjiżi tal-UE.
Hemm ħafna sfidi ambjentali li l-Ewropa taqsam bejn il-fruntieri, bħat-tniġġis tal-arja u tal-ilma, u l-indirizzar tal-impatti tat-tibdil fil-klima. Sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati kif xieraq, hemm bżonn ta’ data u informazzjoni adegwati.
Rajna li f’xi pajjiżi l-infrastruttura ta’ monitoraġġ qiegħda ssir dejjem aktar skaduta. Dan huwa speċifikament viżibbli fil-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja. Filwaqt li l-Balkani tal-Punent huma parti mill-Indiċi Ewropew tal-Kwalità tal-Arja, sempliċiment ma hemmx biżżejjed stazzjonijiet ta’ monitoraġġ f’xi żoni. Aħna nipprovaw nindirizzaw il-kwistjoni bl-għajnuna ta’ partijiet ikkonċernati oħrajn fir-reġjun. Hemm ukoll lakuni fid-data f’oqsma oħra li jeħtieġu attenzjoni.
Aħna konna qed naħdmu ma’ dawn il-pajjiżi taħt strumenti finanzjarji differenti ta’ qabel l-adeżjoni. Matul is-snin, il-Balkani tal-Punent saru parti integrata mill-Eionet u l-pajjiżi kollha qed jipprovdu d-datameħtieġa fuq bażi regolari lill-EEA.
L-EEA tipproduċi ħarsa ġenerali annwali lejn il-prestazzjoni tal-pajjiżi membri tagħha u tal-pajjiżi li jikkooperaw. Il-Balkani tal-Punent urew progress ċar matul is-snin u qegħdin jaħdmu b’mod ġenerali fuq l-istess livell mal-pajjiżi membri tal-EEA b’xi wħud minnhom jissodisfaw sa 100 % tar-rekwiżiti f’termini ta’ puntwalità u kwalità tad-data. Il-Balkani tal-Punent saru wkoll parti integrata mir-Rapport dwar l-Istat tal-Ambjent tal-EEA (SOER), li jiġi prodott kull ħames snin.
Il-Balkani tal-Punent qablu mal-“Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent” li fil-biċċa l-kbira hija konformi mal-Patt Ekoloġiku u ġiet approvata b’mod wiesa’ mill-pajjiżi.
L-EEA bħalissa qiegħda tħejji proposta ta’ proġett taħt il-finanzjament ta’ qabel l-adeżjoni (IPA III). Din il-proposta se tkun kompletament allinjata mal-Aġenda Ekoloġika u se tindirizza għadd kbir ta’ temi, bħad-dekarbonizzazzjoni, l-ekonomija ċirkolari, (it-tindif mit-)tniġġis, is-sistemi tal-ikel sostenibbli u l-bijodiversità. B’din il-proposta, l-EEA għandha l-għan li tgħin lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jilħqu l-għanijiet kif stabbiliti f’din l-“Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent”
Is-sħubija fl-EEA hija miftuħa għal “pajjiżi terzi” kif stipulat fir-regolament tal-istabbiliment tagħha. Fil-fatt, l-EEA diġà għandha ħames pajjiżi membri li mhumiex parti mill-UE.
F’dan il-kuntest naraw b’mod ċar il-possibbiltajiet għas-sħubija fl-EEA meta l-pajjiżi jkunu teknikament lesti. Dan huwa proċess pjuttost politiku li fih l-EEA ftit li xejn għandha influwenza, madankollu, aħna impenjati ħafna li nżommu, u li nintensifikaw, ir-relazzjonijiet tagħna matul is-snin li ġejjin, kif stabbilit fl-“Istrateġija EEA-Eionet 2021-2030”.
Luc Bas
Kap tal-Programm, Koordinazzjoni, Networks u Strateġija, EEA
Intervista ppubblikata fil-Bulettin tal-EEA, Diċembru 2021
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/articles/il-pajjizi-tal-balkani-tal or scan the QR code.
PDF generated on 26 Nov 2024, 03:04 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn