li jmiss
preċedenti
punti

Il-linji politiċi dwar it-trasport

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 08 Mar 2019
Topics:
It-trasport huwa parti integrali għall-ħafna mill-attivitajiet fis-soċjetà tagħna. Għalhe‎kk dan qed ikun trattat mill-politika f'kull livell, mil-livell globali (jiġifieri l-Ġnus magħquda) sal-kunsilli lokali. Huwa ta' importanza kbira li tissolva d-dilemma bejn il-linji politiċi orjentati lejn it-tkabbir li għandhom it-tendenza li jiġġeneraw aktar trasport, u l-linji politiċi ambjentali li jsejħu għal tnaqqis fl-emissjonijiet. Ser ikun diffiċli biex jinkiseb dan tal-aħħar diment li l-volumi dejjem akbar ta' trasport jibqgħu jisbqu l-iżviluppi teknoloġiċi li jnaqqsu l-emissjonijiet.

Il-livell globali

  • L-istandards ta' emissjonijiet għall-bastimenti u l-avjazzjoni huma ttrattati mill-organizzazzjonijiet rispettivi tal-Ġnus Magħquda (l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili) u mill-konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-Tniġġis tal-Arja Transkonfinali fuq Medda Wiesgħa li tindirizza wkoll setturi oħra barra t-trasport.
  • Il-Protokoll ta' Kjoto, li huwa parti mill-Konvenzjoni Qafas internazzjonali dwar il-Bidla fil-Klima, jirregola l-emissjonijiet b'effett ta' serra inklużi l-emissjonijiet mit-trasport (barra l-avjazzjoni internazzjonali u t-trasport marittimu).

 

Fil-livell tal-UE

  • Id-dokument ta' gwida huwa l-politika komuni tal-UE dwar it-trasport (2001, irriveduta fl-2006). Din tistabbilixxi l-prijorità għal azzjoni dwar it-trasport, inklużi l-aspetti ambjentali.
  • Barra dan, il-politiki u l-leġiżlazzjoni ambjentali jittrattaw mal-monitoraġġ, it-tnaqqis tal-emissjoni u t-titjib fil-kwalità tal-arja (eż. Id-Direttiva dwar l-Istorbju Ambjentali, id-Direttiva dwar il-Limitu ta' Emissjonijiet Nazzjonali, id-Direttiva dwar l-Arja aktar Nadifa għall-Ewropa, il-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi u l-kwalità tal-fjuwil).

 

Il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali

  • Il-linji politiċi nazzjonali dwar it-trasport jindirizzaw parzjalment it-traspożizzjoni tal-linji politiċi tal-UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u parzjalment l-iżvilupp tas-settur tat-trasport f'kull pajjiż.
  • Il-livelli reġjonali u lokali għandhom rwol importanti fid-deċiżjonijiet prattiċi tal-użu tal-art li wkoll għandhom impatt importanti fuq id-domanda għat-trasport kif ukoll fuq l-għażla bjen il-mezzi ta' trasport iffaċċjati mill- utenti individwali. Jekk l-iżviluppi ta' djar ġodda ma jingħatawx aċċess għat-trasport pubbliku, in-nies ma jibqgħalomx għażla realistika.

 

Għal aktar informazzjoni: Id-Direttorat-Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport

Permalinks

Topics

Topics:
Dokument ta’ Azzjonijiet