li jmiss
preċedenti
punti

L-attivitajiet tal-EEA - it-trasport

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 08 Mar 2019
Topics:
L-attività ewlenija tal-EEA f'dan il-qasam hija l-mekkaniżmu ta' rappurtaġġ tat-trasport u l-ambjent (TERM). Ir-rapporti annwali tat-TERM jgħinu biex tiġi intraċċata l-prestazzjoni ambjentali tat-trasport fil-pajjiżi membri tal-EEA. Ir-rapporti jużaw sett ta' indikaturi li huma aġġornati regolarment. L-EEA taħdem ukoll sabiex ittejjeb l-inventarji tal-emissjonijiet, u tinvestiga l-kontribut tat-trasport għall-bidla fil-klima, it-tniġġiż tal-arja u l-istorbju.

Il- mekkaniżmu ta' rappurtaġġ tat-trasport u l-ambjent (TERM) ġie stabbilit fuq talba tal-ministri tat-trasport tal-UE fl-1998. L-għan ewlieni tat-TERM huwa li jimmonitorja l-progress u l-effikaċja tal-istrateġiji ta' integrazzjoni tat-trasport u l-ambjent skont sett ta' indikaturi importanti.

Barra t-TERM, l-EEA tindirizza wkoll kwistjonijiet speċifiċi oħra tat-trasport u l-ambjent:

  • Is-sussidji għat-trasport: L-EEA vvalutat sa fejn jaslu s-sussidji fis-settur tat-trasport u kif jaffettwaw il-bilanċ bejn il-mezzi ta' trasport
  • L-inventarji tal-emissjonijiet tat-trasport: L-EEA qed tagħmel studji mmirati lejn it-titjib tal-istima tal-emissjonijiet tat-trasport kemm fir-rigward tal-eżattezza u d-distribuzzjoni ġeografika. Dan jinkludi xogħol fuq fatturi ta' emissjoni standardizzati għall-użu fil-ħolqien ta' inventarji nazzjonali (il-mudell COPERT, xogħol imwettaq minn ETC/ACC http://air-climate.eionet.europa.eu/) u x-xogħol fuq id-distribuzzjoni ġeografika tal-emissjonijiet sabiex issir stima aħjar tal-benefiċċji għas-saħħa tal-linji politiċi mmirati lejn, per eżempju, it-tnaqqis tal-emissjonijiet f'żoni urbani
  • Ix-xogħol fuq il-kwalità tal-arja, li jindirizza l-kontribuzzjoni tat-trasport għall-problemi fil-kwalità tal-arja (/mt/themes/air)
  • Il-kontribuzzjoni tat-trasport għall-bidla fil-klima, u l-istrateġiji ta' mitigazzjoni bħas-sistemi ta' negozjar tal-emissjonijiet (/mt/themes/climate)

 

Permalinks

Temporal coverage

Topics

Topics:
Dokument ta’ Azzjonijiet