All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
Rapport ġdid maħruġ illum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) ġewwa Kopenħagen jgħid li l-espansjoni urbana mingħajr kontroll (urban sprawl) li qed iseħħ b’mod kontinwu u b’rata mgħaġġla qed titfa’ l-bilanċ ambjentali, soċjali u ekonomiku ta’ l-Ewropa taħt periklu.
Ir-rapport, ‘Urban sprawl in Europe – the ignored challenge’, (‘Espansjoni urbana mingħajr kontroll fl-Ewropa – l-isfida injorata’) juri li ħafna mill-problemi ambjentali ġewwa l-Ewropa huma kkawżati minn żoni urbani li qed jikbru b’rata mgħaġġla. L-ekonomija globali, netwerks ta’ trasport li jaqsmu l-fruntieri, tibdil fuq skala kbira fil-qasam soċjali, ekonomiku u demografiku u differenzi fil-liġijiet nazzjonali għall-ippjanar huma xi wħud mill-fatturi ewlenin li qed joħolqu bidla fl-ambjent urban. Ir-rapport jgħid li hija meħtieġa politika ta’ l-UE sabiex tikkoordina u tikkontrolla l-ippjanar meħtieġ,
L-espansjoni urbana mingħajr kontroll iseħħ meta r-rata ta’ konverżjoni ta’ l-użu ta’ l-art taqbeż ir-rata ta’ tkabbir tal-popolazzjoni. Skond dan ir-rapport, iktar minn kwart tat-terrritorju ta’ l-Unjoni Ewropea diġà ġie urbanizzat. L-Ewropej qed jgħixu iktar fit-tul u ħafna jgħixu waħedhom u dan qed jitfa’ dejjem iktar pressjoni fuq l-ispazji fejn nistgħu ngħixu. Qed nivvjaġġaw dejjem iktar il-bogħod u qed nikkunsmaw dejjem iktar. Bejn il-1999 u s-sena 2000, iktar minn 800 000 ettaru ta’ art fl-Ewropa ġie mibni. Din hija żona li hija tliet darbiet id-daqs tal-Lussemburgu. Jekk din it-tendenza tkompli, iż-żoni urbana tagħna se jirduppjaw fi ftit iktar minn seklu żmien.
Espansjoni mingħajr kontroll ta’ l-ibliet titlob iktar fornimenti ta’ enerġija, teħtieġ aktar infrastruttura għat-trasport u tieħu meddiet kbar ta’ art. Dan jagħmel ħsara għall-ambjent naturali u jżid l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra. Fost il konsegwenzi hemm il-bidla fil-klima, tniġġiż akbar ta’ l-arja u tniġġiż bl-istorbju. Dan kollu jirriżulta f’impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies li jgħixu fi u madwar l-ibliet.
“L-espansjoni urbana mingħajr kontroll tirrifletti stili ta’ ħajja u mudelli ta’ konsum li qed jinbidlu iktar milli popolazzjoni li qed tespandi. Eżigenzi dejjem jiżdiedu fil-qasam tal-bini tad-djar, ikel, transport u turiżmu kollha jeħtieġu l-art. Art agrikola li tinsab madwar l-ibliet hija ħafna mid-drabi relativament rħisa u dan qed jiffaċilita espansjoni mingħajr kontroll fil-kuntest tal-forzi ta’ pressjoni hawn fuq imsemmija”, qalet il-Professura Jacqueline McGlade, Direttur Eżekuttiv ta’ l-EEA.
“Il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni ta’ l-UE huma fatturi ewlenin li qed jaffetwaw is-soċjetajiet Ewropej, imma huma wkoll l-kawżi maġġuri ta’ espansjoni urbana mingħajr kontroll madwar l-Ewropa. L-impatt ta’ l-għoti ta’ fondi huwa partikolarment relevanti hekk kif l-UE u l-Istati Membri qed jiddiskutu dwar kif qed jippjanaw li jonfqu l-baġit li jmiss ta’ l-UE. L-Istati Membri l-ġodda, b’mod partikolari, se jaraw tibdiliet kbar. Dawn għandhom jiġu provduti b’linji gwida sabiex jgħinuhom jevitaw ir-riskji ambjentali kkawżati minn tali injezzjoni ta’ fondi,” qalet il-Professura McGlade.
Ir-rapport jinkludi fih studji ta’ każijiet minn sebat ibliet madwar l-Ewropa li juri kemm l-approċċi tajbin kif ukoll dawk ħżiena fil-qasam ta’ l-ippjanar urban matul
dawn l-aħħar 50 sena. Madankollu, ir-rapport jisħaq ukoll fuq il-fatt li l-espansjoni urbana mhux xi fenomenu lokalizzat u qed taffetwa kważi l-ibliet kollha Ewropej.
Ir-rapport iressaq suġġerimenti għal azzjonijiet u linji politiċi għal futur li jkunu jistgħu jittrattaw din l-espansjoni kontinwa u mingħajr kontroll.
Informazzjoni ta’ sfond dwar ir-rapport
Dan ir-rapport ġie mħejji mill-EEA u miċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea.
Sabiex taċċedi għal dan ir-rapprt jekk jogħġbok segwi din il-link: Urban sprawl in Europe – the ignored challenge
EEA Briefing 4/2006 - Espansjoni urbana mhux ikkontrollata fl-Ewropa
L-EEA hija bbażata ġewwa Kopenħagen. L-Aġenzija għandha l-għan sabiex tikseb titjib sinnifikanti u li jista’ jitkejjel fil-qasam ta’ l-ambjent Ewropew permezz
tal-provvista ta’ informazzjoni f’waqtha, immirata, relevanti u ta’ min joqgħod fuqha lil dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika fl-Ewropa u lil pubbliku.
Brendan Killeen
Uffiċjal ta’ l-Istampa
Telefon: +45 33 36 72 69
Mobajl: +45 23 68 36 71
E-mail: brendan.killeen@eea.europa.eu
Marion Hannerup
Kap tal-Komunikazzjoni u Affarijiet Korporattivi
Telefon: +45 33 36 71 60
Mobajl: +45 51 33 22 43
E-mail: marion.hannerup@eea.europa.eu
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/espansjoni-urbana-ming127ajr-kontroll-2013-sfida-ambjentali-injorata-fl-ewropa or scan the QR code.
PDF generated on 22 Nov 2024, 06:56 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn