All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
News
Il-valutazzjoni tagħna turi li s-salvagwardja tas-saħħa u r-reżiljenza tan-natura tal-Ewropa, u l-benesseri tan-nies, teħtieġ bidliet fundamentali fil-mod ta’ kif nipproduċu u nikkunsmaw l-ikel, niġġestixxu u nużaw il-foresti, u nibnu l-bliet. Dawn l-isforzi jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-politiki ta’ konservazzjoni, enfasi fuq ir-restawr tan-natura, kif ukoll azzjoni klimatika dejjem aktar ambizzjuża, speċjalment fis-settur tat-trasport u l-enerġija.
Hans Bruyninckx, Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Skont ir-rapport tal-EEA “State of nature in the EU — Results from reporting under the nature directives 2013-2018 ” (L-Istat tan-natura fl-UE — Riżultati mir-rappurtar taħt id-direttivi tan-natura 2013-2018), il-maġġoranza tal-ispeċijiet protetti fl-UE kollha, bħall-Falkun Saker u s-Salamun tad-Danubju, u l-ħabitats mill-bwar sad-duni fl-Ewropa kollha, qed jiffaċċjaw futur inċert sakemm ma titteħidx azzjoni aktar urġenti biex titreġġa’ lura s-sitwazzjoni. Ir-rapport tal-EEA huwa ppubblikat simultanjament mar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tan-Natura, li jinforma dwar il-progress li sar biex jintlaħqu l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura.
Ir-rapport tal-EEA juri żviluppi pożittivi fl-isforzi ta’ konservazzjoni. Kemm l-għadd kif ukoll iż-żona ta’ siti protetti taħt in-network Natura 2000 żdiedu matul dawn l-aħħar 6 snin u l-UE laħqet il-miri globali b’madwar 18 % taż-żona tal-art tagħha u kważi 10 % taż-żona tal-baħar protetta.
Din il-valutazzjoni dwar l-Istat tan-Natura hija l-verifika tas-saħħa l-aktar komprensiva tan-natura li qatt saret fl-UE.
Virginijus Sinkevičius, Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd
Madankollu, il-progress ġenerali mhuwiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020. Skont il-valutazzjoni tal-EEA, il-biċċa l-kbira tal-ħabitats u l-ispeċijiet protetti għandhom stat ta’ konservazzjoni fqir jew ħażin u ħafna minnhom qed ikomplu jiddeterjoraw. Mit-tliet gruppi ewlenin studjati, il-ħabitats u l-għasafar għadhom partikolarment lura filwaqt li l-grupp ta’ speċijiet mhux tal-għasafar kważi laħaq il-mira tiegħu.
Il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd, Virginijus Sinkevičius, sostna li: “Din il-valutazzjoni dwar l-Istat tan-Natura hija l-verifika tas-saħħa l-aktar komprensiva tan-natura li qatt saret fl-UE. Dan juri b’mod ċar ħafna li għadna qed nitilfu s-sistema vitali tagħna ta’ appoġġ għall-ħajja. Sa 81 % tal-ħabitats fil-livell tal-UE jinsabu f’kundizzjoni fqira, fejn l-aktar li qed jiddeterjoraw huma t-torbieri, il-bwar u l-ħabitats tad-duni. Jeħtieġ b’mod urġenti li nwettqu l-impenji fl-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Bijodiversità biex inreġġgħu lura dan id-deterjorament għall-benefiċċju tan-natura, in-nies, il-klima u l-ekonomija.”
“Il-valutazzjoni tagħna turi li s-salvagwardja tas-saħħa u r-reżiljenza tan-natura tal-Ewropa, u l-benesseri tan-nies, teħtieġ bidliet fundamentali fil-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw l-ikel, niġġestixxu u nużaw il-foresti, u nibnu l-bliet. Dawn l-isforzi jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-politiki ta’ konservazzjoni, fokus fuq ir-restawr tan-natura, kif ukoll azzjoni klimatika dejjem aktar ambizzjuża, speċjalment fis-settur tat-trasport u l-enerġija," sostna Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA.
Skont ir-rapport tal-EEA, l-agrikoltura intensiva, it-tifrix urban u l-attivitajiet tal-forestrija mhux sostenibbli huma l-ogħla pressjonijiet irrapportati fuq il-ħabitats u l-ispeċijiet. It-tniġġis tal-arja, l-ilma u l-ħamrija għandu impatt ukoll fuq il-ħabitats, kif ukoll l-isfruttar żejjed kontinwu tal-annimali permezz ta’ ħsad illegali u kaċċa u sajd insostenibbli.
Dan it-theddid huwa aggravat minn alterazzjonijiet fix-xmajjar u l-lagi, bħal digi u estrazzjoni tal-ilma, speċijiet aljeni invażivi, u t-tibdil fil-klima. L-abbandun tal-art agrikola jikkontribwixxi għad-deterjorament kontinwu tal-ħabitats seminaturali, bħall-bwar, u l-ispeċijiet tagħhom, bħall-friefet u l-għasafar tar-raba'.
Ir-rapport jindika xi żviluppi pożittivi, l-aktar fuq skala nazzjonali jew reġjonali. Għadd ta’ speċijiet u ħabitats urew titjib, bħall-Agile Frogfl-Iżvezja, il-laguni kostali fi Franza, u l-Avaltun bil-Baffi fil-livell tal-UE. In-network Natura 2000 juri effetti pożittivi għal ħafna speċijiet u ħabitats. Pereżempju, il-ħabitats kostali u tad-duni, li huma koperti aħjar minn Natura 2000, għandhom stat ta’ konservazzjoni aħjar minn ħabitats li huma inqas jew marġinalment koperti.
Mil-lat ta’ politika hemm ukoll tama minħabba l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u l-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt, żewġ elementi ewlenin tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-istrateġija għall-bijodiversità għandha l-għan li ssaħħaħ u tespandi in-network ta’ żoni protetti, tistabbilixxi pjan ta’ restawr u tiżgura li l-ekosistemi jkunu b’saħħithom u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, rikki fil-bijodiversità, u tipprovdi l-firxa ta’ servizzi essenzjali għall-prosperità u l-benesseri taċ-ċittadini.
Minbarra dawn il-politiki l-ġodda, sforzi addizzjonali huma meħtieġa biex jittejbu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ fl-Istati Membri biex jappoġġaw il-miri. Bħalissa, għad hemm ħafna diskrepanzi fid-data, speċjalment għall-ispeċijiet u l-ħabitats tal-baħar. Hija meħtieġa wkoll aktardatabiex jiġi evalwat bis-sħiħ ir-rwol tan-network Natura 2000. Fl-aħħar nett, l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE trid tittejjeb b’mod sinifikanti.
Id-Direttivi tal-UE dwar in-natura — id-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar — jeħtieġu sforzi ta’ konservazzjoni għal aktar minn 2 000 speċi u ħabitat fl-UE kollha.
Il-valutazzjoni tal-EEA, li hija bbażata fuqdatarrappurtata mill-Istati Membri tal-UE, hija l-akbar u l-aktar eżerċizzju estensiv ta’ ġbir u rappurtar ta’datamwettaq fl-Ewropa dwar l-istat tan-natura. Aktar minn 220 000 persuna (60 % minnhom voluntiera) ikkontribwixxew għal dan il-proċess fl-UE kollha.
Id-dataanalizzata għandha l-għan li tidentifika s-suċċessi u n-nuqqasijiet fil-konservazzjoni tan-natura, il-pressjonijiet u t-theddid ewlenin u l-istat tal-miżuri ta’ konservazzjoni attwali.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/highlights/l-ahhar-evalwazzjoni-turi-n or scan the QR code.
PDF generated on 22 Nov 2024, 11:26 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn