All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
It-tniġġis ambjentali għandu impatt fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tagħna. Il-valutazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent enfasizzaw dawn l-impatti u l-kisbiet potenzjali li nistgħu niksbu minn ambjent aktar nadif. Nistgħu nipprevjenu xi każijiet ta’ kanċer; nistgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna b’kull azzjoni li nieħdu lejn tniġġis żero fl-Ewropa.
Wara sena ngħixu bil-COVID-19 u l-impatti tiegħu, l-Ewropa qed tkompli tressaq pakketti ta’ politika għall-għanijiet ambizzjużi tagħha deskritti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Huwa essenzjali li l-Ewropa tibqa’ fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri tagħha u tiżgura li l-Ewropa tal-2050 tkun soċjetà reżiljenti mibnija fuq is-solidarjetà, li tipprovdi ambjent tajjeb għas-saħħa għalina lkoll.
It-tniġġis tal-arja, it-tniġġis akustiku u l-impatti tat-tibdil fil-klima huma riskji ewlenin għas-saħħa u l-benesseri ta’ kuljum tal-Ewropej. Tkellimna ma’ Catherine Ganzleben, il-kap tal-grupp, it-tniġġis tal-arja, l-ambjent u s-saħħa, Alberto González, l-espert tal-kwalità tal-arja tal-EEA, u Eulalia Peris, l-espert tat-tniġġis akustiku tal-EEA biex insiru nafu aktar dwar x’qed tagħmel l-EEA biex ittejjeb l-għarfien f’dan il-qasam importanti ta’ xogħol.
Il-pandemija tal-COVID-19 tipprovdi eżempju ċar ta’ kemm is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna jistgħu jkunu fraġli quddiem xokk kbir. Id-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima huma mistennija li jagħmlu tali xokkijiet aktar frekwenti u aktar severi. Quddiem l-inċertezza u l-isfidi multipli, l-unika għażla vijabbli tagħna hija li niżguraw li kull deċiżjoni li nieħdu f’dan il-perjodu kritiku tqarribna lejn l-għanijiet soċjali u ta’ sostenibbiltà tagħna.
Kif nistgħu nibnu dinja aktar sostenibbli u reżiljenti wara l-kriżi tal-coronavirus? F’dan il-perjodu kritiku fejn sejrin jittieħdu deċiżjonijiet ta’ rkupru kruċjali li se jsawru l-futur tagħna, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se ġġib flimkien l-għarfien relatat mal-corona u mal-ambjent u tikkontribwixxi għal dibattitu informat.
It-tniġġis akustiku huwa problema li qed tikber madwar l-Ewropa u problema li ħafna nies mhumiex konxji tal-impatti li għandha fuq saħħithom. Poġġejna bilqiegħda ma’ Eulalia Peris, l-espert dwar il-ħsejjes ambjentali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, biex niddiskutu s-sejbiet ewlenin tar-rapport tal-EEA ‘Environmental noise in Europe - 2020’ (Ħsejjes ambjentali fl-Ewropa - 2020), li ġie ppubblikat aktar kmieni dan ix-xahar.
Il-pajjiżi Ewropej qed jieħdu miżuri drastiċi biex jillimitaw l-impatti ta’ Covid-19 fuq is-saħħa tal-Ewropej u fuq l-ekonomija. Kriżi bħal din għandha t-tendenza li jkollha impatti immedjati u severi fuq popolazzjonijiet sħaħ u fuq l-ekonomija. Meta wieħed iqis il-potenzjal tagħha li taffettwa setturi ekonomiċi ewlenin, il-kriżi tal-coronavirus hija mistennija li tnaqqas xi wħud mill-impatti tal-attivitajiet ekonomiċi fuq l-ambjent u fuq il-klima. Madankollu, xokkijiet kbar u għall-għarrieda b’kost estremament għoli għas-soċjetà mhumiex il-mod kif l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tittrasforma l-ekonomija tagħha u tikseb newtralità klimatika sal-2050. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima li ġiet proposta reċentament jappellaw minflok li jkun hemm tnaqqis irreversibbli u gradwali fl-emissjonijiet, filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta, u jiġu appoġġati dawk affettwati.
Aktar kmieni dan ix-xahar, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ippubblikat ir-rapport tagħha “L-ambjent Ewropew — l-istat u l-prospetti 2020 (SOER 2020)”. Dan ir-rapport ikkonkluda li l-Ewropa mhijiex ser tilħaq il-miri tagħha għall-2030 mingħajr ma tieħu azzjoni urġenti matul l-10 snin li ġejjin biex tindirizza r-rata allarmanti ta’ telf tal-bijodiversità, iż-żieda fl-impatti tat-tibdil fil-klima u l-konsum eċċessiv tar-riżorsi naturali. Dan offra wkoll xi soluzzjonijiet ewlenin, li għandhom jgħinu biex l-Ewropa titpoġġa lura fit-triq it-tajba biex tkun tista’ tilħaq dawk il-miri. Aħna poġġejna bil-qiegħda ma’ Tobias Lung, l-espert tal-EEA fil-koordinazzjoni u l-valutazzjoni ta’ SOER, biex niddiskutu r-rwol ta’ SOER 2020.
Hemm bżonn tittieħed azzjoni mmirata sabiex tipproteġi aħjar l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli tal-Ewropa, inkluż il-foqra, l-anzjani u t-tfal, minn perikli ambjentali bħat-tniġġis tal-arja u tniġġis akustiku u temperaturi estremi. Aleksandra Kazmierczak, esperta tal-adattament għat-tibdil fil-klima tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), tispjega s-sejbiet ewlenin ta’ rapport ġdid tal-EEA li jevalwa r-rabtiet bejn l-inugwaljanzi soċjali u demografiċi u l-esponiment għat-tniġġis tal-arja, tniġġis akustiku u temperaturi estremi.
Ħafna nies għadhom jassoċjaw il-merkurju mat-termometri u ħafna jafu wkoll li huwa tossiku. Minħabba t-tossiċità tiegħu, il-merkurju qed jinqata’ minn prodotti fl-Ewropa iżda ħafna minnu għadu jiċċirkola fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fl-ekosistemi. Il-merkurju għadu problema u x'qed isir dwaru? Aħna intervistajna lil Ian Marnane, espert tal-EEA dwar l-użu tar-riżorsi sostenibbli u l-industrija.
It-tfassil tal-politiki ambjentali mhuwiex kompitu faċli. Min-naħa, l-Ewropej iridu jgawdu l-benefiċċji li tipprovdi ekonomija li tiffunzjona tajjeb. Min-naħa l-oħra, hemm spejjeż tas-saħħa u ambjentali sinifikanti marbuta mal-għażliet tal-istil ta’ ħajja tagħna. Ftehim sistematiku dwar kif in-natura, l-ekonomija u s-saħħa tal-bniedem huma marbutin huwa essenzjali biex jiġu identifikati l-aqwa opzjonijiet ta’ politika disponibbli. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent timmira li tappoġġja t-tfassil tal-politika billi tipprovdi preċiżament dan it-tip ta’ għarfien.
L-espożizzjoni għal sustanzi kimiċi ta' ħsara hija magħrufa li jkollha impatti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Hekk kif il-produzzjoni tas-sustanzi kimiċi fuq livell globali qiegħda tiżdied u sustanzi kimiċi ġodda qegħdin jiġu żviluppati u jintużaw, kif nafu x'jiġi kkunsidrat bħala sigur? Aħna ddiskutejna dan ma' Xenia Trier, esperta ta’ l-EEA dwar is-sustanzi kimiċi, kwistjonijiet differenti relatati ma' użu sigur ta' sustanzi kimiċi fl-Ewropa u x'qiegħda tagħmel l-UE sabiex tnaqqas l-effetti sekondarji potenzjali tagħhom.
Ix-xahar li għadda l-Aġenzija Ewropa għall-Ambjent (EEA) ħarġet l-aħħar rapport tagħha 'Il-kwalità ta’ l-arja fl-Ewropa' li wera li waqt li l-kwalità tal-arja qed titjieb bil-mod, it-tniġġis ta’ l-arja jibqa’ l-akbar periklu waħdieni għas-saħħa ambjentali fl-Ewropa. Itlqajna ma’ Alberto González Ortiz, espert tal-kwalità ta’ l-arja ta’ l-EEA, biex niddiskutu s-sejbiet tar-rapport u kif teknoloġiji bħall-immaġni bis-satellita qed jgħinu biex titjieb ir-riċerka dwar il-kwalità ta’ l-arja.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/themes/human/articles/articles_topic or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 12:13 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn