All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
We cannot innovate our way out of the emissions problem from transport.
Professor Jacqueline McGlade, Executive Director of the EEA
Ir-rapport ta' l‑EEA, ‘Transport and Environment: on the way to a new common transport policy’ (Trasport u Ambjent: fit-triq lejn politika komuni ġdida dwar it-trasport) jgħid li l‑politika Ewropea dwar it-trasport għandha tindirizza d-domanda dejjem akbar għat-trasport. Bejn l‑1990 u l‑2003, il‑volumi tat-trasport tal‑passiġġieri fil‑pajjiżi ta' l‑EEA żdiedu b'20 %. It-trasport bl‑ajru żdied l‑aktar, 96 %, matul dan il‑perjodu.
Filwaqt li l‑emissjonijiet minn ħafna mis-setturi l‑oħra (provvista ta' l‑enerġija, industrija, agrikoltura, ġestjoni ta' l‑iskart) naqsu bejn l‑1990 u l‑2004, l‑emissjonijiet mit-trasport żdiedu b'mod sostanzjali u dan kien dovut l‑aktar għal din iż-żjieda fid-domanda.
It-trasport huwa responsabbli għal 21 % ta' l‑emissjonijiet tal‑gassijiet serra totali (GHG) fl‑UE-15 (għajr l‑avjazzjoni internazzjonali u t-trasport marittimu). It-trasport bit‑toroq jikkontribwixxi għal 93 % tat-total ta' l‑emissjonijiet tat-trasport kollha. Madankollu, l‑emissjonijiet mill‑avjazzjoni internazzjonali qegħdin jikbru bl‑aktar mod qawwi, b'żieda ta' 86 % bejn l‑1990 u l‑2004.
L‑emissjonijiet tal‑GHG (għajr dawk tal‑baħar u ta' l‑avjazzjoni) mit-trasport żdiedu l‑aktar fil‑Lussemburgu u fl‑Irlanda bejn l‑1990 u l‑2004 b'żidiet rispettivi ta' 156 u 140 %. Iż-żieda medja fit-32 pajjiż membru ta' l‑EEA (ara n-noti) kienet a' 25 %.
“Billi tissuġġerixxi li aħna sempliċiment nieħdu ħsieb l‑impatti ambjentali tat-trasport, ir-rivista ta' nofs il‑perjodu tal‑White Paper ta' l‑2001 dwar it-Trasport tista' tiġi interpretata bħala laxkezza mil‑linja ta' l‑Ewropa fuq il‑ħtieġa li jiġu indirizzati l‑volumi tat-trasport. Dan ma jistax ikun il‑każ,” qalet il‑Professoressa Jacqueline McGlade, Direttur Eżekuttiv ta' l‑EEA.
“Ma nistgħux nindirizzaw iż-żieda fl‑emissjonijiet ta' GHG, ħsejjes u frammentazzjoni tal‑pajsaġġ ikkawżat mit-trasport mingħajr ma nindirizzaw iż-żieda fit-traffiku matul l‑ispettru: fit-toroq, linji tal‑ferroviji tagħna, fl‑arja u bil‑baħar. Avvanzi tekniċi, bħal magni aktar nodfa u aktar effiċjenti fil‑konsum tal‑fjuwil huma importanti ħafna. Madankollu ma nistgħux insibu soluzzjonijiet innovattivi li jsolvulna l‑problema ta' l‑emissjonijiet mit-trasport.” qalet.
Ir-rapport jenfasizza wkoll ir-rwol sinifikanti li s-sussidji fuq it-trasport għandhom fir-rigward ta' li jidderieġu l‑għażliet relatati mat-trasport. Ta' kull sena jintnefqu bejn 270 EUR u 290 biljun EUR fl‑Ewropa fuq sussidji fuq it-trasport. Kważi nofs is-sussidji jmorru fuq it-trasport bit-triq, wieħed mill‑mezzi li jagħti l‑inqas kas ta' l‑ambjent. L‑EEA sejra toħroġ studju dettaljat tas-sussidji tat-trasport f'Marzu 2007
It-tniġġis mit-trasport qiegħed ikollu effett dirett fuq is-saħħa tagħna. Kważi 25 % tal‑popolazzjoni ta' l‑UE 25 tgħix f'distanza inqas minn 500 metru minn triq li minnha jgħaddu aktar minn tliet miljun vettura fis-sena. Konsegwentament, kważi erba' miljuni ta’ snin ta’ ħajja jintilfu kull sena minħabba livell għoli ta' tniġġis, jgħid ir-rapport.
Sfond fuq ir-rapport
Ir-rapport ta' l‑EEA, ‘Transport and Environment: on the way to a new common transport policy’ (Trasport u Ambjent: fit-triq lejn politika komuni ġdida dwar
it-trasport) huwa l‑pubblikazzjoni annwali mill‑Mekkaniżmu ta' Rapportaġġ dwar it-Trasport u l‑Ambjent ta' l‑EEA (TERM), li jimmonitorja l‑progress u l‑effikaċja
tat-tentattivi biex jiġu integrati strateġiji dwar it-trasport u l‑ambjent.
Ir-rapport jimmira li jkopri l‑pajjiżi membri ta' l‑EEA kollha. Dawn huma l‑27 Stat Membru ta' l‑UE, t-Turkija, n-Norveġja, l‑Iżlanda, Liechtenstein u l‑Iżvizzera. L‑Iżvizzera saret membru ta' l‑EEA dan l‑aħħar u tipprovdi dejta f'xi każijiet. Fejn id‑dejta ma tkunx sħiħa, ġeneralment dan jiġi nnotat fit-taqsima tal‑metadata, fejn gruppi ta' pajjiżi differenti huma deskritti wkoll.
Links: Rapport tat-termini
Pajjiżi membri ta' l‑EEA: L‑Awstrija, il‑Belġju, il‑Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id‑Danimarka, l‑Estonja, il‑Finlandja, Franza, il‑Ġermanja, il‑Greċja, l‑Ungerija, l‑Iżlanda, l‑Irlanda, l‑Italja, il‑Latvja, Liechtenstein, il‑Litwanja, il‑Lussemburgu, Malta, l‑Olanda, in‑Norveġja, il‑Polonja, il‑Portugall, ir-Rumanija, Spanja, is-Slovakja, is-Slovenja, l‑Iżvezja, l‑Iżvizzera, it‑Turkija u r-Renju Unit.
L‑EEA hija bbażata f'Kopenħagen. L‑aġenzija timmira li tgħin fl‑ilħuq ta' titjib sinifikanti u miżurabbli fl‑ambjent Ewropew permezz ta' għoti ta' informazzjoni fil‑ħin, immirata, relevanti u affidabbli lil min ifassal il‑politika u lill‑pubbliku.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/it-trasport-2014-mill-gdid-fil-qieg127-tal-klassifika-ta-kyoto or scan the QR code.
PDF generated on 22 Nov 2024, 07:04 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn