All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Article
Illum il-ġurnata hemm numru ta' tipi differenti. Meta nitkellmu dwar vetturi tal-passiġġieri nistgħu niddistingwu bejn il-vetturi elettriċi li jaħdmu biss bil-batterija – li jaħdmu permezz ta' mutur elettriku biss – kif ukoll tipi differenti ta' karozzi ibridi li tipplaggjahom li għandhom kemm mutur elettriku kif ukoll magna ta' kombustjoni interna.
Tipi oħrajn ta' vetturi jistgħu jaħdmu wkoll bl-elettriku. Fit-triq qegħdin naraw aktar u aktar roti, vannijiet u karozzi tal-linja elettriċi jintużaw. Fir-rigward ta' modi oħrajn ta' trasport għandna wkoll magni tal-ferrovija, mezzi ta' trasport tul korp ta’ l-ilma, vapuri u dgħajjes żgħar.
Kull sena qegħdin naraw aktar u aktar karozzi tal-passiġġieri elettriċi jinbiegħu, kemm vetturi li jaħdmu biss bil-batterija kif ukoll vetturi ibridi li tipplaggjahom. Is-sena li għaddiet, inbiegħu madwar 150 000 vettura elettrika ġdida fl-UE. Għalkemm il-bejgħ qiegħed jiżdied b'rata mgħaġġla f'termini ta' perċentwali, huwa għadu jikkostitwixxi frazzjoni żgħira tal-bejgħ globali, 1.2 % biss fl-2015. U aħna nistmaw li madwar 0.15 % biss tal-vetturi fit-triq huma elettriċi. Jew fi kliem ieħor, waħda minn kull 700 karozza tal-passiġġieri biss. Pajjiż importanti li għandu jissemma huwa n-Norveġja, li qiegħed fuq quddiem f'termini ta' bejgħ ta' karozzi elettriċi. Is-sena li għaddiet, madwar 34 000 vettura elettrika ġdida nbiegħu hemmhekk – dan jikkorrispondi għal waħda minn kull ħamsa tal-karozzi ġodda.
L-UE hija impenjata li tagħmel dekarbonizzazzjoni tas-sistema ta' trasport tagħha u tappoġġja alternattivi għal teknoloġiji u fjuwils tal-magna ta' kombustjoni konvenzjonali. Il-vetturi elettriċi huma biss element wieħed. Xi politiki jħeġġu l-iżvilupp ta' fjuwils u elettriku rinnovabbli; filwaqt li oħrajn jimmiraw lejn l-infrastruttura meħtieġa għall-vetturi elettriċi bħall-punti tal-iċċarġjar madwar l-Ewropa. Siltiet speċifiċi ta' leġiżlazzjoni jistabbilixxu miri għall-ammont ta' diossidu tal-karbonju (CO2) li vetturi ġodda jistgħu jitfgħu kull kilometru. Dawn għenu jinċentivaw manifattura ta' vetturi b'livell baxx ta' karbonju inklużi l-karozzi elettriċi.
L-użu tal-fjuwils fossili fit-trasport jagħmel ħsara lill-kwalità ta’ l-arja lokali u l-klima tagħna. Dan iseħħ permezz ta’ l-emissjonijiet ta’ l-egżost tas-CO2 u inkwinanti ta’ l-arja li jagħmlu ħsara bħall-ossidi tan-nitroġenu u l-materja partikulata. It-traffiku tat-triq huwa s-sors ewlieni ta' storbju madwar l-Ewropa. Bla dubju, l-inkorporazzjoni tal-vetturi elettriċi fil-flotta tista' tnaqqas b'mod sinifikanti l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra (GHG) ġenerali u t-tniġġis tal-arja, b'mod partikolari jekk l-elettriku użat ikun ġej minn sorsi rinnovabbli. Iżda anke meta l-elettriku jkun iġġenerat mill-fjuwils fossili, l-ambjent urban xorta jista' jibbenefika minn bidla għal vetturi elettriċi meta jitqies it-tniġġis ta’ l-arja u l-livelli ta’ l-istorbju lokali mnaqqsa.
Kważi l-pajjiżi kollha qegħdin jagħmlu xi ħaġa biex jippromwovu l-vetturi elettriċi, iżda ftit pajjiżi biss kisbu b'suċċess żidiet kbar fil-bejgħ. Per eżempju, fl-2015, disgħin fil-mija tal-vetturi elettriċi ġodda nbiegħu f'sitt Stati Membri biss ta’ l-UE – li huma d-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Iżvezja, in-Netherlands u r-Renju Unit.In-Norveġja, imsemmija qabel, tinsab fuq quddiem f'dan il-qasam u hija eżempju tajjeb ta' pajjiż li juża pakkett komplut ta' inċentivi. Waħda mill-miżuri l-aktar effettivi hija s-sussidji tax-xiri li jagħmel il-prezz tal-vetturi elettriċi simili għal dak tal-karozzi konvenzjonali. Inċentivi oħrajn jinkludu spiża mnaqqsa tas-sjieda bħal tnaqqis fit-taxxa annwali jew iċċarġjar bla ħlas, parkeġġ bla ħlas jew użu ta' korsiji tax-xarabank għal karrozzi elettriċi.
It-teknoloġija xorta teħtieġ li tittejjeb f'diversi modi sabiex il-konsumaturi jħaddnu l-elettromobbiltà b'mod aktar ġenerali.Per eżempju, il-medda tas-sewqan jeħtieġ li tkun itwal u l-veloċità ta’ l-iċċarġjar aktar mgħaġġla. Attwalment, il-ħin biex vettura tiċċarġja għal sewqan ta' 100 km fl-istazzjonijiet għall-iċċarġjar l-aktar mgħaġġla huwa ta' madwar 20-30 minuta. Jeħtieġ li jkollna wkoll infrastruttura aħjar fejn il-punti għall-iċċarġjar pubbliċi jsiru komuni bħall-istazzjonijiet ta' fjuwils konvenzjonali u li nespandu l-kapaċità tal-ġenerazzjoni ta’ l-enerġija rinnovabbli biex nieħdu vantaġġ sħiħ mill-benefiċċji ta’ l-elettromobbiltà. Il-vetturi elettriċi huma wkoll aktar għaljin mill-vetturi konvenzjonali.
Huwa importanti wkoll li wieħed jinnota li s-sempliċi tibdil ta' vetturi konvenzjonali b'oħrajn elettriċi mhux ser isolvi ħafna mill-problemi li aħna nassoċjaw mat-trasport. Filwaqt li jistgħu jgħinu fit-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet GHG, fit-tniġġis ta’ l-arja u l-istorbju, il-vetturi elettriċi mhux ser isolvu problemi oħrajn bħall-konġestjoni jew id-domanda għal infrastruttura ġdida tat-toroq u l-ispazji tal-parkeġġ. Sabiex it-trasport ikun verament sostenibbli, aħna bħala soċjetà jeħtieġ li neżaminaw mill-ġdid is-sistema kollha tal-mobilità tagħna billi nħarsu lejn modi innovattivi kif nistgħu nnaqqsu d-dipendenza tagħna fuq il-vetturi. Dan jista' jinkludi tibdil bħall-użu ta ' skemi ta' qsim tal-karozzi, l-iżvilupp ta' infrastruttura aħjar tat-trasport pubbliku u ż-żieda fl-użu tal-modi tat-trasport b'emissjoni baxxa jew żero.
B'ħarsa 'l quddiem, din il-ħarifa aħna ser nippubblikaw żewġ pubblikazzjonijiet dwar il-vetturi elettriċi: gwida li tispjega fil-qosor l-istat attwali ta' għarfien dwar il-vetturi elettriċi fl-Ewropa, u laqgħa prospettiva qasira dwar xi wħud mill-impatti potenzjali fuq is-sistema ta’ l-enerġija u l-ambjent assoċjati ma' adozzjoni fuq skala kbira ipotetika ta' vetturi elettriċi sal-2050.
Magdalena Jóźwicka
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/articles/vetturi-elettrici-nimxu-lejn-sistema or scan the QR code.
PDF generated on 22 Nov 2024, 08:24 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn