All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
Il-leġiżlaturi, in-negozjanti w individwi għandhom jaġixxu issa fuq firxa ta' kwistjonijiet ambjentali jew inkella jkollhom iħallsu prezz għoli aktar tard
L-erba' snin l-aktar sħan irreġistrati kienu l-1998, l-2002, l-2003 u l-2004. Għaxra fil-mija tal-glaċieri Alpini sparixxew matul is-sajf ta' l-2003 biss. Bir-rata preżenti, tliet kwarti tal-glaċieri ta' l-Isvizzera se jkunu dabu sa l-2050. L-Ewropa ilha ma tara tibdil klimatiku ta' din l-iskala għal 5 000 sena, jgħid rapport ġdid mill-Aġenzija Ewropeja għall-Ambjent (EEA), ibbażata f'Kopenħagen.
'L-ambjent Ewropew - Stat u dehra ġenerali fl-2005', stima ta' ħames snin fuq 31 pajjiż, tipprovdi dehra ġenerali ta' l-ambjent Ewropew u tindika l-isfidi li l-bidla fil-klima hija biss waħda minnhom. Oqsma oħra ta' tħassib jinkludu l-biodiversità, l-ekosistemi marini, ir-riżorsi ta' l-art u ta' l-ilma, it-tniġġis ta' l-arja u tas-saħħa. Għall-ewwel darba, ir-rapport għandu analiżi pajjiż, pajjiż b'indikaturi tar-rendiment u tqabbil għall-parteċipanti kollha: l-UE 25 flimkien mal-Bulgarija, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, ir-Rumanija, it-Turkija kif ukoll l-Isvizzera.
Ir-rapport igħid li t-temperatura medja ta' l-Ewropa telgħet b'0.95 grad Celsius matul is-seklu 20. Dan huwa 35 % ogħla miż-żieda medja globali ta' 0.7 gradi u t-temperaturi sejrin jibqgħu jogħlew. L-UE irrikonoxxiet dan u stabbiliet mira li tillimita ż-żieda fit-temperatura globali għal 2 gradi ogħla mil-livelli pre-industrijali.
'Mingħajr azzjoni effettiva fuq bosta sekli, it-tisħin globali sejjer jara folji tas-silġ idubu fit-tramuntana u t-tifrix ta' deżerti min-nofsinhar. Anki jekk nillimitaw it-tisħin globali għall-miri ta' l-UE ta' żieda ta' 2 gradi, sejrin inkunu qegħdin ngħixu f'kundizzjonijiet atmosferiċi li l-persuni umani qatt ma esperjenzaw. Hemm bżonn ta' aktar tnaqqis fl-emissjonijiet', tgħid Jacqueline McGlade, direttur eżekuttiv ta' l-EEA.
Leġiżlazzjoni antika dwar l-ambjent ta' l-UE, ħadmet, igħid ir-rapport. Naddafna l-ilma u l-arja tagħna, waqqafna bil-mod il-mod xi sostanzi li jagħmlu ħsara għall-ożonu u rduppjajna r-rati ta' riċiklaġġ ta' l-iskart. Għandna wkoll karozzi li jniġġsu inqas; mingħajr l-iżviluppi drammatiċi magħmulin mill-converters katalitiċi matul dawn l-aħħar għoxrin sena, ċerti emissjonijiet setgħu ikunu għaxar darbiet il-livell li jinsabu fihom bħalissa. Madankollu, kien hemm bżonn ta' għoxrin sena sabiex dawn l-azzjonijiet juru riżultati, igħid ir-rapport.
Dawn l-istejjer ambjentali ta' suċċess issa qegħdin jiġu megħlubin bit-tibdil fil-modi ta' konsum personali. L-Ewropej qegħdin igħixu aktar, u aktar minna jgħixu weħidhom. Dan ipoġġi aktar pressjoni fuq l-ispazju fejn ngħixu. Bejn l-1990 u l-2000, aktar minn 800 000 ettaru, ta' l-art Ewropea sfat mibnija. Dan ifisser erja li hija tliet darbiet id-daqs tal-Lussemburgu. Jekk din it-tendenza tkompli, iż-żona urbana tagħna sejra tirdoppja fi ftit iktar minn seklu. Il-ġestjoni tat-tifrix urban hija essenzjali jekk irridu nipproteġu r-riżorsi naturali tagħna, jgħid ir-rapport.
Qegħdin nivvjaġġaw aktar 'l bogħod u aktar ta' spiss u qegħdin nikkunsmaw ir-riżorsi naturali tal-pjaneta b'darbtejn ir-rata medja tad-dinja. It-trasport huwa l-kontributur ta' l-emissjonijiet tal-gass serra li qiegħed jiżdied l-aktar malajr u sejjer jibqa' hekk għall-futur qarib. Eżempju, il-vjaġġi bl-ajru huma mistennija jirduppjaw bejn issa u l-2030. B'konsegwenza ta' hekk, ser inħallu traċċa ċara barra l-Ewropa, it-tnaqqis tar-riżorsi naturali u ħsara għall-ambjent dinji.
L-istħarriġ ta' l-Eurobarometru juru li aktar minn 70 fil-mija ta' l-Ewropej iridu li l-leġiżlaturi jagħtu importanza ugwali għal-linji politiċi ambjentali, ekonomiċi u soċjali. Sabiex dawn l-opinjonijiet jiġu kkunsidrati, ir-rapport jenfasizza li l-leġiżlaturi għandhom jaħdmu id f'id fuq livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Għandhom jintegraw kunsiderazzjonijiet ambjentali fuq setturi bħalma huma t-trasport, l-agrikoltura u l-enerġija u għandhom jistabbilixxu qafas li fih, individwi u negozji jistgħu jieħdu azzjoni.
'Il-leġiżlaturi għandhom iħarsu 'l bogħod. Neħtieġu li bil-mod nitbegħdu mit-taxxi fuq xogħol u ninvestu fuq taxxi fuq it-tniġġis u l-użu mhux effiċjenti ta' materjali u art. Neħtieġu wkoll riformi fil-mod kif jiġu applikati sussidji għat-trasport, djar, enerġija u agrikoltura. Neħtieġu sussidji li jinkoraġġixxu prattiċi sostennibbli u teknoloġiji effiċjenti', tgħid il-Professoressa McGlade.
'Bl-inċentivi meħtieġa implimentati, riformi bħal dawn sejrin iwasslu għal aktar investiment, innovazzjoni u kompetittività. Diġà rajna dan fil-prattika f'ċerti pajjiżi u setturi. Tassazzjoni qawwija fuq il-petrol fl-Ewropa u standards regolatorji għoljin wasslu għal karozzi li huma darbtejn aktar effiċjenti fil-fjuwil milli karozzi fit-toroq Amerikani, f'dawn l-aħħar deċenni. Rajna xi ssarraf nuqqas ta' azzjoni f'termini ta' ħajjet in-nies u l-ambjent tagħna b'eżempji bħal tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-ħut, l-użu ta' l-asbestos fil-bini, xita aċiduża u ċomb fil-petrol. Azzjoni issa ssarraf sabiex jiġi żgurat il-futur', tgħid il-Professoressa McGlade.
Dwar l-Aġenzija Ewropeja għall-Ambjent (EEA): L-EEA hija bbażata f'Kopenħagen. L-aġenzija timmira li tgħin fl-ilħuq ta' titjib sinifikanti u li jista' jiġi mkejjel fl-ambjent Ewropew permezz ta' l-għoti ta' informazzjoni fil-ħin, fil-mira, relevanti u affidabbli għal-leġislaturi u għall-pubbliku.
Bħala parti mill-mandat tagħha, l-EEA tipprovdi reviżjoni komprensiva ta' l-istat ta' l-Ambjent Ewropew kull ħames snin. 'L-ambjent Ewropew - Stat u dehra ġenerali fl-2005' jinkludi:
Informazzjoni ta' Kuntatt |
|
Għal mistoqsijiet relatati mal-midja kkuntattja
lil: Teresa Ruch Olsen Marion Hannerup |
For public enquiries: |
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/soer2005_pp-mt or scan the QR code.
PDF generated on 23 Nov 2024, 12:33 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn