All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Metagħall-ewwel bdew jiġu żviluppati politiki ambjentali Ewropej, ħafna mill-istrumenti ta’ politika ffokaw fuq problemi ambjentali speċifiċi. Peress li ma hemm ebda strument ta’ politika waħdu li jista’ jipprovdi soluzzjoni għal kull problema, il-firxa ta’ politiki twessgħet b’mod gradwali sabiex tindirizza l-problemi dejjem iktar kumplessi marbutin ma’ l-ambjent u s-saħħa. Illum il-ġurnata, ħafna mill-interventi tal-politiki ambjentali jgħaqqdu:
L-aħħar programm ta’ azzjoni ambjentali tal-UE, is-Seba’ EAP, jipprovdi qafas integrat għal dawn l-interventi ta’ politika. Jistabbilixxi l-ambizzjoni fit-tul ta’ “ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”.
Ninsabu bejn wieħed u ieħor bejn il-bidu tal-politika ambjentali fil-livell Ewropew, li bdiet kmieni fis-snin sebgħin, u l-objettiv ta’ l-2050 għall-kisba ta’ sostenibbiltà kif jistabbilixxi s-Seba’ EAP. Il-politika ambjentali Ewropea hija rikonoxxuta bħala waħda mill-aqwa fid-Dinja. L-ambjent tagħna kieku jidher kemxejn differenti mingħajrha, kif turi l-aħħar valutazzjoni li għamlet l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) “The European environment — state and outlook 2020 (L-ambjent Ewropew - stat u prospetti għall-2020)”. Flimkien ma’ dawn il-valutazzjonijiet, jistgħu jsiru mistoqsijiet bħal “x’jaħdem?”, “kif jaħdem?”, “x’inhuma l-iżvantaġġi?” u “x’inhuma l-prerekwiżiti biex jaħdem?” sabiex titjieb il-politika ambjentali, l-implimentazzjoni tagħha kif ukoll it-tifsila tagħha. L-evalwazzjoni tal-politika tgħin sabiex dawn il-mistoqsijiet jingħataw tweġiba.
Normalment, l-evalwazzjonijiet jindirizzaw kriterji ta’ evalwazzjoni differenti. Dawn il-kriterji spiss jiffokaw fuq ir-rilevanza tal-politiki, l-effettività u l-effiċjenza tagħhom, kif ukoll il-koerenza tagħhom, iżda anki l-valur miżjud tal-politiki f’livell Ewropew, nazzjonali jew lokali. Iktar riċentement, ir-rilevanza ta’ dawn il-kriterji ġiet rikonoxxuta fil-qafas ta’ l-inizjattivi ta’ l-UE għat-titjib tat-tfassil tal-liġijiet, magħrufa wkoll bħala l-inizjattiva għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Hemm firxa ta’ għodod u metodi ta’ evalwazzjoni disponibbli sabiex il-politiki ambjentali jiġu evalwati fl-isfond ta’ dawn il-kriterji, pereżempju l-Evalsed sourcebook tal-Kummissjoni Ewropea.
L-EEA tipprovdi informazzjoni ambjentali għal dawk li jfasslu l-politiki u għall-pubbliku, u tikkontribwixxi għall-evalwazzjoni tal-politika ambjentali. Filwaqt li għall-ewwel kienet tiffoka fuq l-effikaċja tal-politiki (pereżempju r-rapportar dwar il-proġett tal-miżuri ambjentali), il-ħidma ta’ l-EEA evolviet sabiex bdiet tiffoka wkoll fuq:
Il-pubblikazzjonijiet ta’ l-EEA li jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni tal-politika ambjentali huma disponibbli hawnhekk.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/themes/policy/intro or scan the QR code.
PDF generated on 05 Nov 2024, 08:24 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn