All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
Il-valutazzjoni tagħna turi li l-kwalità tal-ilma għall-għawm tjiebet eċċezzjonalment tul is-snin. Kull ma jmur, l-ilma għall-għawm madwar l-Ewropa mhux biss laħaq ir-rekwiżiti minimi, iżda laħaq ukoll livelli eċċellenti. F’xi bliet, in-nies jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-għawm f’banjijiet pubbliċi.
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Ir-rapport annwali dwar l-ilma għall-għawm mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Kummissjoni Ewropea jevalwa l-kwalità tal-ilma tal-għawm fl-2015, u jindika fejn hu mistenni li jkun tajjeb matul l-2016. Ir-rapport fih analiżi ta' kampjuni tal-ilma meħuda minn iktar minn 21 000 sit għall-għawm kostali u interni minn madwar l-UE, l-Iżvizzera u l-Albanija li jindika jekk l-ilma ġiex ikkontaminat mit-tniggis fekali mid-drenaġġ jew mill-bhejjem. Filwaqt li aktar minn 96 % tas-siti tal-għawm laħqu r-rekwiżiti minimi, aktar minn 84 % laħqu dawk l-iktar stretti u kisbu l-livell 'eċċellenti'. Bosta żoni turistiċi kbar u bliet bħal Blackpool, Kopenħagen u Munich wkoll bdew jibbenefikaw minn investimenti f’sistemi tad-drenaġġ imtejba, li qed iwasslu għal siti tal-għawm aktar nodfa fiż-żoni portwali, il-lokalitajiet fluvjali urbani u x-xtajtiet fil-qrib. Karmenu Vella, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qal:"L-ilma għall-għawm Ewropew huwa 96% aċċettabbli u bi standard eċċellenti ta' 84%. Dan huwa r-riżultat ta’ 40 sena ta' investiment fl-infrastruttura tal-ilma u d-dranaġġ. Dan sinjal ta’ leġiżlazzjoni tal-UE li taħdem tajjeb. U huwa xhieda perfetta tal-fatt li żona ekonomika tant evoluta bħal tagħna tista' tipproduċi standards ambjentali daqstant għolja .” Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qal:"Il-valutazzjoni tagħna turi li l-kwalità tal-ilma għall-għawm tjiebet eċċezzjonalment tul is-snin. Kull ma jmur, l-ilma għall-għawm madwar l-Ewropa mhux biss laħaq ir-rekwiżiti minimi, iżda laħaq ukoll livelli eċċellenti. F’xi bliet, in-nies jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-għawm f’banjijiet pubbliċi.” L-ilma għall-għawm tjieb kumplessivament biż-żmien. Fl-1991, 56 % tas-siti tal-ilma għall-għawm laħqu l-ogħla standards. Il-perċentwal tela' għal 87 % fl-2015, imsejjes fuq kważi 9 600 sit għall-għawm li ġew immonitorjati kull sena matul dan il-perjodu. Sejbiet ewlenin oħra
SfondGħal attivitajiet ta’ rikreazzjoni bħalma huma l-għawm, il-kontaminazzjoni fekali hija kawża ta’ tħassib għas-saħħa pubblika. L-għawm f'bajjiet jew lagi kontaminati jista' jwassal għall-mard. Is-sorsi ewlenin tat-tniġġis huma d-drenaġġ u l-iskular tal-ilma mill-irziezet u l-art agrikoltura. Dan it-tniġġis jiżdied waqt ix-xita qawwija u l-għargħar minħabba t-tifwir tad-drenaġġ u l-ilma tad-drenaġġ imniġġes li jgħaddi għal ġox-xmajjar u l-baħar. Erbgħin sena ilu, kwantitajiet kbar ta’ drenaġġ mhux ikkontrollat, mhux ittrattat jew parzjalment ittrattat kienu jispiċċaw f'ħafna mill-ilmijiet tal-Ewropa. L-istaġun tal-għawm tal-2015 kien l-ewwel darba li l-Istati Membri kollha tal-UE mmonitorjaw is-siti għall-għawm tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva riveduta tal-Unjoni Ewropea dwar l-Ilma għall-Għawm (2006/7/KE). Id-direttiva tispeċifika jekk il-kwalità tal-ilma għall-għawm tistax tiġi kklassifikata bħala “eċċellenti”, “tajba”, “suffiċjenti” jew “fqira” skont il-livelli tal-batterji fekali misjuba . L-eżitu tar-rapport se jkun fiċ-ċentru tal-#EUGreenWeek, mit-30 ta' Mejju sat-3 ta' Ġunju 2016, bħala parti mit-tema usa' ta' dis-sens, 'Ninvestu f'futur aktar ekoloġiku'. Aktar tagħrifFlimkien mar-rapport, l-EEA ippublikat mappa interattiva li turi l-prestazzjoni ta’ kull sit għall-għawm. Informazzjoni addizzjonali bħal rapporti tal-pajjiżi u d-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm tinsab fuq is-siti dwar l-ilma għall-għawm taż-ŻEE jew tal-Kummissjoni Ewropea. |
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/erbghin-sena-ta2019-investimenti-tejbu or scan the QR code.
PDF generated on 22 Nov 2024, 07:19 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn