All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Sabiex jiġu evitati l-aktar impatti severi ta’ tibdil fil-klima, il-pajjiżi li daħlu fil-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), kienu qablu li jillimitaw iż-żieda globali fit-temperatura medja tal-wiċċ miż-żminijet pre-industrijali għal anqas minn 2 °C. Biex jintlaħaq dan l-għan, l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra għandhom jilħqu l-quċċata malajr kemm jista’ jkun u jonqsu b’mod rapidu wara dan. Sa’ l-2050, l-emmissjonijiet globali għandhom jitnaqqsu b’50 % meta mqabbla mal-livelli ta’ l-1990, qabel ma jiksbu n-newtralità tal-karbonju qabel it-tmiem tas-seklu. L-UE tappoġġja l-għan ta’ l-UNFCCC u, sa’ l-2050, din timmira li tkun naqqset l-emmissjonijiet tal-gass serra tagħha bi 80 – 95 % meta mqabbla mal-livelli ta’ l-1990. Dawn il-livelli ta’ tnaqqis għoli jqisu t-tnaqqis aktar baxx meħtieġ mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
Il-gassijiet serra jiġu emmessi kemm permezz ta’ proċessi naturali kif ukoll permezz ta’ l-attivitajiet tal-bniedem. L-aktar gass serra naturali importanti fl-atmosfera huwa fwar tal-ilma. Madankollu, l-attivitajiet umani jirrilaxxaw ammonti kbar ta' gassijiet serra oħrajn, li jżidu l-konċentrazzjonijiet atmosferiċi ta’ dawn il-gassijiet, li mbagħad dawn isaħħu l-effett serra u jsaħħnu l-klima. Is-sors ewlieni ta’ gassijiet serra magħmula mill-bniedem huma:
Diversi inizjattivi ta’ l-UE għandhom l-għan li jnaqqsu l-emmissjonijiet tal-gassijiet serra. Wara li kisbet l-għanijiet tagħha skont il-Protokoll ta’ Kjoto għall-perjodu mill-2008 sa’ l-2012, l-UE adottat mira biex sal-2020 l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jonqsu b’20 % taħt il-livelli tal-1990. Biex tinkiseb din il-mira — waħda mill-miri ewlenin taħt l-Istrateġija Ewropa 2020 — ġie stabbilit fil-livell ta’ l-UE limitu massimu għall-Iskema ta’ l-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (ETS), u ġew stabbiliti miri nazzjonali individwali għall-emissjonijiet fis-setturi li mhumiex koperti mill-ETS taħt id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni ta’ l-Isforzi. Fl-istess ħin, l-UE adottat leġiżlazzjoni biex jiżdied l-użu ta’ enerġija rinnovabbli, bħall-enerġija mir-riħ, mix-xemx, mill-ilma u mill-bijomassa, u biex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija ta’ firxa wiesgħa ta’ tagħmir u apparat domestiku. L-UE timmira wkoll li tappoġġja l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ qbid u ħżin tal-karbonju biex jinqabad u jinħażen CO2 emmess minn power stations u installazzjonijiet kbar oħrajn.
Bħala parti mill-qafas ta’ politiki għall-klima u l-enerġija, sa’ l-2030, l-UE impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet fit-territorju ta’ l-UE għal mill-inqas 40 % taħt il-livelli ta’ l-1990. Din hija mira vinkolanti. L-Unjoni ta’ l-Enerġija Ewropea li timmira li tiżgura li l-Ewropa jkollha enerġija sigura, affordabbli u li ma tagħmilx ħsara lill-klima, għandha l-istess għan.
Billi tipprovdi informazzjoni dwar tibdil fil-klima fl-Ewropa, l-EEA tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar il-mitigazzjoni tal-klima fl-Ewropa, l-evalwazzjoni ta’ politiki ta’ l-UE u l-iżvilupp ta’ strateġiji fit-tul biex jonqos it-tibdil fil-klima. Informazzjoni ta’ l-EEA — data, indikaturi, valutazzjonijiet u projezzjonijiet — tiffoka fuq xejriet, projezzjonijiet u politiki u miżuri tal-gass serra fl-Ewropa.
L-EEA taħdem mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea (DĠ Azzjoni Klimatika, DĠ Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Eurostat), kif ukoll mal-esperti miċ-Ċentri Tematiċi Ewropej dwar l-Arja u l-Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima (ETC / ACM) tagħha u man-network tal-pajjiż tagħha (Eionet).
Attivitajiet u prodotti ewlenin jinkludu l-kompilazzjoni u l-pubblikazzjoni annwali ta’ l-inventarju tal-gassijiet b’effett serra tal-Unjoni Ewropea u l-valutazzjoni annwali tal-progress ta’ l-UE u tal-pajjiżi Ewropej lejn il-miri tal-klima u l-enerġija tagħhom.
L-EEA hija ċ-ċentru tad-data Ewropew dwar l-emissjonijiet tal-gass serra. Din iżżomm ukoll bażi ta’ data dwar il-politiki u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-bidla.
Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima
Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima
Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għal Azzjoni Klimatika
Ċentru Tematiku Ewropew dwar it-Tniġġiż ta’ l-Arja u l-Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/themes/climate/intro or scan the QR code.
PDF generated on 23 Nov 2024, 03:59 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn