li jmiss
preċedenti
punti

Attivitajiet tal-EEA

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 13 Dec 2016
This page was archived on 13 Dec 2016 with reason: Other (included in the main presentation page)
Bl-informazzjoni tagħha dwar il-bidla fil-klima, l-EEA tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Kjoto fl-UE, il-valutazzjonijiet tal-linji politiċi tal-UE u l-iżvilupp ta' strateġiji fit-tul sabiex ittaffi u tadatta għall-bidla fil-klima. L-informazzjoni tal-EEA (dejta, indikaturi, evalwazzjonijiet, projezzjonijiet) tiffoka fuq ix-xejriet ta' emissjoni ta' gass b'effett ta' serra, fuq il-linji politiċi u l-miżuri, u fuq l-impatti u l-azzjonijiet ta' adattament tat-tibdil fil-klima fl-Ewropa. L-EEA se ssir iċ-ċentru Ewropew ta' dejta dwar l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u l-impatti tal-bidla fil-klima.

Il-grupp tal-EEA dwar il-bidla fil-klima u l-enerġija jmexxi l-ħidma tal-Aġenzija f'dan il-qasam. Il-grupp jaħdem mill-qrib maċ- Ċentru Tematiku Ewropew dwar l-Arja u l-Bidla fil-Klima (ETC/ACC) u man- netwerk tal-pajjiżi tal-EEA (Eionet).

Monitoraġġ, kontabilità u rappurtaġġ ta' gassijiet b'effett ta' serra

Ix-xogħol tal-EEA fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għandu l-għan li jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Kjoto fl-UE. L-attivitajiet u l-prodotti ewlenin jinkludu:

Impatti u adattament

Ix-xogħol tal-EEA dwar l-impatti tal-bidla fil-klima jinkludi:

Prospetti u xenarji

Ix-xogħol tal-EEA jappoġġa wkoll l-iżvilupp ta' strateġiji b'terminu twil sabiex itaffu u jadattaw għall-bidla fil-klima permezz ta' prospetti futuri u studji ta' xenarji fix-xefaq tal-2020-2050, pereżempju:

  • analiżi tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u l-impatti fit-tul tal-bidla fil-klima;
  • evalwazzjoni ta' toroq possibbli għat-tnaqqis tal-emissjoni ta' gass b'effett ta' serra li jsiru possibbli permezz tal-azzjoni globali u bi tranżizzjoni għal sistema ta' enerġija b'karbonju baxx fl-Ewropa sal-2030;
  • analiżi tal-bidliet proġettati fil- kwalità tal-arja fl-Ewropa sal-2030, u tal-benefiċċji possibbli tal-linji politiċi dwar il-klima fuq il-kwalità tal-arja.

 

Il-bidla fil-klima hija wkoll waħda mill-oqsma ta' prijorità indirizzati mill- EEA fil-valutazzjonijiet integrati, b'mod partikolari:

Permalinks

Geographic coverage

Dokument ta’ Azzjonijiet