All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
News
Fil-viewer il-ġdid tal-kwalità tal-arja tal-ibliet tal-EEA, l-ibliet huma kklassifikati mill-belt l-aktar nadifa għal dik l-aktar imniġġsa, abbażi tal-livelli medji ta’ materja partikolata fina, jew PM2.5, matul l-aħħar sentejn kalendarji.
Mill-2019 sal-2020, it-tlett ibliet l-aktar nodfa fl-Ewropa f’termini ta’ kwalità tal-arja kienu Umeå fl-Iżvezja, Tampere fil-Finlandja u Funchal fil-Portugall. It-tlett ibliet l-aktar imniġġsa kienu Nowy Sacz fil-Polonja, Cremona fl-Italja u Slavonski Brod fil-Kroazja.
Mit-323 belt inklużi fil-viewer, il-kwalità tal-arja f’127 belt hija kategorizzata bħala tajba, u dan ifisser li taqa’ taħt il-linja gwida bbażata fuq is-saħħa għall-esponiment fit-tul għal PM2.5 ta’ 10 mikrogrammi għal kull metru kubu tal-ajra (10 μg/m3) stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).
L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet valur ta’ limitu annwali għal PM2.5 ta’ 25 μg/m3 skont il-politiki għat-twassil ta’ arja nadifa fl-Ewropa. Il-viewer jikklassifika l-kwalità tal-arja fit-tul bħala ħażina ħafna meta l-livelli ta’ PM2.5 jkunu f’dan il-livell limitu jew ’il fuq minnu, b’ħamest ibliet fil-Polonja, fil-Kroazja u fl-Italja li jaqgħu f’din il-kategorija.
Il-materja partikolata fina hija s-sustanza li tniġġes fl-arja bl-akbar impatt fuq is-saħħa f’termini ta’ mwiet prematuri u mard. Il-viewer jipprovdi informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fit-tul f’kull belt. Esponiment fit-tul għal PM2.5 jikkawża mard kardjovaskulari u respiratorju.
Filwaqt li kien hemm titjib notevoli fil-kwalità tal-arja tal-Ewropa matul dawn l-aħħar għaxar snin, l-aħħar valutazzjoni annwali tal-kwalità tal-arja tal-EEA sabet li fl-2018 l-esponiment għal materja partikolata fina kkawżat madwar 417 000 mewta prematura f’41 pajjiż Ewropew.
Filwaqt li l-kwalità tal-arja tjiebet b’mod sinifikanti matul dawn l-aħħar snin, it-tniġġis tal-arja jibqa’ għoli b’mod persistenti f’bosta bliet fl-Ewropa kollha. Dan il-viewer tal-kwalità tal-arja tal-ibliet jippermetti li ċ-ċittadini jaraw huma stess faċilment kif il-belt tagħhom tkun sejra meta mqabbla ma’ oħrajn fir-rigward tat-tniġġis tal-arja. Dan jipprovdi informazzjoni konkreta u lokali li tista’ tagħti s-setgħa liċ-ċittadini biex jindirizzaw il-kwistjonijiet lill-awtoritajiet lokali tagħhom. Se jgħinna lkoll biex niksbu l-għanijiet ta’ tniġġis żero tal-UE.
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Il-viewer jipprovdi datadwar il-livelli ta’ materja partikolata fina f’aktar minn 300 belt fil-pajjiżi membri kollha tal-EEA. Dan juża d-datarapportata lill-EEA mill-pajjiżi membri tagħha skont id-Direttivi tal-Kwalità tal-Arja tal-Ambjent tal-UE. Id-datatiġi minn kejl fuq l-art ta’ PM2.5 li ttieħed minn aktar minn 400 stazzjoni ta’ monitoraġġ f’żoni urbani u suburbani fl-ibliet. Dawn l-istazzjonijiet jipprovdu stampa robusta tal-esponiment tal-popolazzjoni għat-tniġġis fl-arja.
Il-qari u l-klassifikazzjonijiet huma bbażati fuq il-konċentrazzjoni medja annwali ta’ PM2.5 matul l-aħħar sentejn kalendarji, bl-użu ta’data aġġornata għas-sena l-aktar riċenti udata validata dwar il-kwalità tal-arja għas-sena ta’ qabel l-aħħar. It-tabella tikklassifika l-ibliet Ewropej skont il-livelli medji tagħhom ta’ materja partikolata fina matul l-aħħar sentejn kalendarji sħaħ. Fil-futur l-EEA se tinvestiga l-inkorporazzjoni ta’ sustanzi importanti oħra li jniġġsu fl-arja fl-għodda l-ġdida.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) stabbilixxiet linja gwida bbażata fuq is-saħħa għal esponiment fit-tul għal materja partikolata fina ta’ 10 mikrogrammi għal kull metru kubu ta’ ajra (10 μg/m3). L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet valur ta’ limitu annwali għal materja partikolata fina ta’ 25 μg/m3 skont il-politiki għat-twassil ta’ arja nadifa fl-Ewropa.
Il-viewer jikklassifika l-livelli tal-kwalità tal-arja bħala:
Jekk jogħġbok innota li mhux l-ibliet kollha huma inklużi. Is-sett ta’ data jinkludi l-ibliet li huma parti mill-Awditjar Urban tal-Kummissjoni Ewropea u li għandhom popolazzjoni ta’ aktar minn 50 000 abitant. L-ibliet li ma għandhomx stazzjonijiet ta’ monitoraġġ urbani jew suburbani mhumiex inklużi, u lanqas mhuma dawk li għalihom id-data minn dawn l-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ tkopri inqas minn 75 % ta’ jiem f’sena kalendarja.
Jekk trid tkun taf kif inhi l-kwalità tal-arja fil-belt tiegħek bħalissa, jekk jogħġbok żur l-Indiċi tal-Kwalità tal-Arja Ewropew. L-indiċi jippreżenta informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja matul l-aħħar jumejn u tbassir ta’ 24 siegħa, flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq is-saħħa għal esponiment fuq terminu qasir għat-tniġġis tal-arja. Ikopri wkoll firxa usa’ ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja, li jinkludu materja partikolata, diossidu tan-nitroġenu, diossidu tal-kubrit u ożonu.
Aktar informazzjoni dwar l-impatti fuq is-saħħa tat-tniġġis tal-arja fl-Ewropa hija disponibbli hawnhekk.
Ara hawnhekk għall-aħħar rapport annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar il-kwalità tal-arja fl-Ewropa.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/highlights/viewer-gdid-tal-kwalita-tal or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 10:33 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn