All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-EEA hija regolata mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000.
Hawnhekk nipprovdulek xi informazzjoni ġenerali. Informazzjoni speċifika dwar l-ipproċessar assoċjat ma’ dan is-sit web tinsab fir-Reġistru tagħna.
Is-sit web tal-EEA hija l-għodda ta’ komunikazzjoni l-aktar importanti tagħna. Hawnhekk nikkomunikaw ix-xogħol tagħna bħad-data u l-mapep tagħna, l-indikaturi u l-pubblikazzjonijiet tagħna dwar l-ambjent tal-Ewropa għall-pubbliku ġenerali kif ukoll l-udjenzi l-aktar esperti tagħna.
Uħud mis-servizzi offruti fuq is-sit web tagħna jeħtieġu l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. F'dawn il-każijiet, fuq dawk il-paġni, hemm links disponibbli li jidderiġuk lejn l-informazzjoni speċifika dwar l-ipproċessar li tinsab fl-avviżi relevanti tal-protezzjoni tad-data fir-Reġistru tagħna.
Hawnhekk nagħtuk stampa ġenerali ta’ wħud mill-modi kif dan is-sit web jipproċessa d-data personali tiegħek inkluż l-użu tal-cookies u l-midja soċjali.
Meta l-informazzjoni personali tiegħek tiġi pproċessata mill-EEA, għandek id-dritt li tkun taf dwar dan.
Inti għandek id-dritt li taċċessa l-informazzjoni u li tara li din tiġi kkoreġuta mingħajr dewmien jekk ma tkunx eżatta jew jekk ma tkunx kompluta.
Tista’ titlob li din tiġi mblukkata taħt ċerti ċirkostanzi.
Tista’ wkoll toġġezzjona għall-fatt li din tiġi pproċessata jekk taħseb li l-ipproċessar huwa inġust u illegali u tista' titlob li din titħassar.
Tista’ titlob li kwalunwke waħda mill-bidliet ta' hawn fuq tiġi kkomunikata lil partijiet oħrajn li lilhom tkun ġiet żvelata d-data tiegħek.
Int għandek ukoll id-dritt li ma tkunx soġġett għal deċiżjonijiet awtomatizzati (magħmula biss minn magni) li jaffettwawk, kif definit mil-liġi.
Dawn id-drittijiet huma deskritti fl-Artikoli 13 sa 19 ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni tad-data.
Tista’ wkoll taqra l-gwida tagħna "Data Protection at a glance" (Il-protezzjoni tad-data f'daqqa t'għajn) għal aktar informazzjoni.
Il-cookies huma fajls testwali qosra maħżuna fuq apparat ta' utent (bħal kompjuter, tablet jew telefown) minn sit web.
Il-cookies jintużaw għall-funzjonament tekniku ta’ sit web jew għall-ġbir ta' statistika.
Il-cookies normalment jintużaw ukoll biex jipprovdu esperjenza aktar personalizzata għal utent pereżempju, meta servizz onlajn jiftakar il-profil tal-utent tiegħek mingħajr ma jkollok bżonn tagħmel login.
Meta żżur is-sit web tagħna, aħna nistgħu niġbru xi data dwar l-esperjenza tiegħek ta’ browsing bħall-indirizz IP tiegħek, il-paġna tal-EEA li żort, meta żortha, u l-paġna tas-sit web li minnha inti ġejt ridirett.
Din l-informazzjoni tintuża biex tinġabar statistika aggregata u anonima bil-għan li jittejbu s-servizzi tagħna u biex tittejjeb l-esperjenza tal-utent tiegħek.
Aħna nużaw il-cookies ta’ sessjoni u cookies persistenti biex nirriflettu l-għażla tal-utent għall-kunsens tal-cookie.
Cookie ta’ sessjoni (magħrufa wkoll bħala in-memory cookie (cookie fil-memorja) jew transient cookie (cookie temporanja)) teżisti biss fil-memorja temporanja tal-browser waqt li l-utent jinnaviga s-sit web. Il-browsers tal-web normalment iħassru l-cookies tas-sessjoni meta l-utent jagħlaq il-browser. Il-cookies ta’ sessjoni huma ssejvjati temporanjament fil-browser tal-utent u l-uniku għan tagħhom huwa li jirriflettu l-għażla tal-utent li ma jħallix cookies persistenti.
F'każ li tippermetti dan, is-sit web tuża wkoll cookies persistenti biex tissejvja l-preferenza tal-utent, u terġa' tużaha matul iż-żjarat li jmiss. Cookie ta’ applikazzjoni, li fiha t-tweġiba pożittiva tal-utent għall-użu tal-cookies, tinħażen fil-browser tal-utent għal perjodu ta' 11-il xahar. Wara li jiskadi dan il-perjodu, l-utent għandu jiġi propost jagħti mill-ġdid il-kunsens tiegħu/tagħha.
Biex tirċievi statistika, l-EEA qed tiddependi fuq Google Analytics, servizz ta’ analitika tal-web ipprovdut minn Google, Inc. ("Google"). Google Analytics juża cookies, biex jgħin lit-tim tal-web tal-EEA janalizza kif l-utenti jużaw is-sit. L-informazzjoni ġġenerata mill-cookie dwar l-użu tiegħek tas-sit web tiġi trażmessa lil u maħżuna minn Google fuq is-servers tiegħu. Biex jipproteġi l-privatezza tiegħek, Analytics ineħħi l-aħħar parti tal-indirizz IP tiegħek qabel l-użu u l-ħażna tiegħu. Google se juża informazzjoni mill-cookies għall-iskop li jevalwa l-użu tiegħek tas-sit web, jikkompila rapporti dwar l-attività tas-sit web għall-operaturi tas-siti web u jipprovdi servizzi oħrajn relatati mal-attività tas-sit web u mal-użu tal-internet. Google jista’ wkoll jittrasferixxi din l-informazzjoni lil partijiet terzi fejn ikun meħtieġ jagħmel dan bil-liġi, jew fejn dawk il-partijiet terzi jipproċessaw l-informazzjoni f'isem Google. Google mhux se jassoċja l-indirizz IP tiegħek ma’ kwalunkwe data oħra miżmuma minn Google. Tista’ tirrifjuta l-użu tal-cookies billi tagħżel is-settings xierqa fuq il-browser tiegħek, madankollu, jekk jogħġbok, innota li jekk tagħmel dan tista' ma tkunx tista’ tuża l-funzjonalità sħiħa ta' dan is-sit. Billi taċċetta l-cookies meta tinnaviga dan is-sit web, inti tkun qed tagħti l-kunsens tiegħek għall-ipproċessar ta’ data dwarek minn Google bil-mod u għall-finijiet stabbiliti hawn fuq.
Tista’ tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq - għal dettalji ara aboutcookies.org. Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà qegħdin fuq il-kompjuter tiegħek u tista' tissettja l-maġġoranza tal-browsers b'tali mod li jimpedixxu milli dawn jitpoġġew. Jekk tagħmel dan, madankollu, jista’ jkollok taġġusta xi preferenzi manwalment kull darba li żżur sit u xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux.
Aħna nużaw il-midja soċjali biex nippreżentaw ix-xogħol tagħna permezz ta’ kanali użati b'mod komuni u kontemporanji.
Il-kanali uffiċjali tal-midja soċjali tagħna huma elenkati f'dan is-sit web.
Pereżempju, tista’ tara vidjows tal-EEA, li aħna ntellgħu fuq il-paġna ta' YouTube tagħna u ssegwi links mis-sit web tagħna għal Twitter u LinkedIn.
Il-cookies mhumiex issettjati mill-wiri tagħna ta’ buttuni tal-midja soċjali biex jikkonnettjaw ma’ dawk is-servizzi meta l-paġni tas-sit web tagħna jillowdjaw fuq il-kompjuter tiegħek (jew apparat ieħor) jew minn komponenti minn dawk is-servizzi inkorporati fil-paġni web tagħna.
Kull kanal tal-midja soċjali għandu l-politika tiegħu stess dwar il-mod kif jipproċessaw id-data personali tiegħek meta jaċċessaw is-siti tagħhom. Pereżempju, jekk tagħżel li tara wieħed mill-vidjows tagħna fuq YouTube, int ser tintalab għal kunsens espliċitu biex taċċetta l-cookies ta' YouTube; jekk tħares lejn l-attività ta' Twitter tagħna fuq Twitter, inti tintalab għal kunsens espliċitu biex taċċetta cookies ta' Twitter; l-istess japplika għal LinkedIn.
Jekk għandek xi tħassib jew mistoqsijiet dwar l-użu tagħhom tad-data personali tiegħek, għandek taqra bir-reqqa l-politiki tal-privatezza tagħhom qabel ma tużahom.
[1]Niżżel il-FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI “EŻERĊITAR TAD-DRITTIJIET TA' SUĠĠETT TAD-DATA SKONT IR-REGOLAMENT (KE) Nru 45/2001”
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/legal/privacy/privacy-en or scan the QR code.
PDF generated on 22 Nov 2024, 03:36 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn