All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
F’ħafna pajjiżi, il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja xorta għadhom ogħla mil-limiti legali u rakkomandati li ġew stabbiliti biex jipproteġu s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. Fil-fatt, it-tniġġis tal-arja, fl-aktar bliet u reġjuni mniġġsa jnaqqas l-għomor tal-bniedem b’madwar sentejn.
Jacqueline McGLade, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Il-Kummissarju għall-Ambjent, Janez Potočnik, qal: “Dan ir-rapport iservi biex ifakkarna kemm il-kwalità tal-arja hija importanti għas-saħħa taċ-ċittadini tagħna. Din hija r-raġuni għaliex nixtieq li l-2013 tkun is-Sena ddedikata għall-Kwalità tal-Arja u għaliex se niffoka fuq it-tisħiħ tal-liġijiet tal-kwalità tal-arja tagħna biex inkunu nistgħu naffrotaw il-problemi li ġew identifikati llum."
Il-Professur Jacqueline McGLade, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qalet: “Il-politika tal-Unjoni Ewropea naqqset l-emissjonijiet ta’ ħafna sustanzi niġġiesa matul l-aħħar deċennju, iżda nistgħu nagħmlu aktar minn hekk. F’ħafna pajjiżi, il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja xorta għadhom ogħla mil-limiti legali u rakkomandati li ġew stabbiliti biex jipproteġu s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. Fil-fatt, it-tniġġis tal-arja, fl-aktar bliet u reġjuni mniġġsa jnaqqas l-għomor tal-bniedem b’madwar sentejn.”
Ir-rapport tal-2012 tal-EEA dwar ‘Il-Kwalità tal-Arja fl-Ewropa’ jeżamina l-esponiment taċ-ċittadini għal sustanzi li jniġġsu l-arja u joffri stampa tal-kwalità tal-arja fl-Ewropa. Ir-rapport huwa maħsub biex jappoġġa l-iżvilupp ta’ politiki għal arja nadifa aktar effettivi.
Fl-aħħar snin, l-EEA ippubblikat informazzjoni annwali dwar l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u dwar il-qbiż tal-livelli massimi tal-emissjonijiet skont Id-Direttiva dwar il-Livelli Nazzjonali Massimi (NEC). Aktar tard din is-sena, l-EEA beħsiebha tippubblika analiżi retrospettiva dwar jekk intlaħqux il-miri tad-Direttiva NEC rigward is-saħħa u l-ambjent għall-2010.
Il-Kummissjoni Ewropea, b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati, qed tħejji reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kwalità tal-arja b’enfasi partikolari fuq il-politiki dwar it-tniġġis tal-arja fl-2013.
Kwalità ħażina tal-arja tista' tikkawża mard tal-qalb, problemi respiratorji, kanċer tal-pulmun, diffikultajiet fit-teħid tan-nifs u mard ieħor. Ċerti sustanzi niġġiesa, minbarra li għandhom impatt fuq il-klima, jistgħu jwasslu għal ewtrofikazzjoni, tnaqqis fir-rendiment tal-għelejjel, tnaqqis fit-tkabbir ta’ foresti. Fl-aħħar snin, l-emissjonijiet ta’ diversi sustanzi niġġiesa naqsu, u f’ċerti żoni, dan wassal għal titjib fil-kwalità tal-arja . Madanakollu, dan it-tnaqqis mhux dejjem irriżulta fi tnaqqis korrispondenti ta’ konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-atmosfera. Il-problemi persistenti fil-kwalità tal-arja jeħtieġu sforzi ulterjuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ diversi sustanzi niġġiesa.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/l-ambjent-hafna-ewropej-ghadhom or scan the QR code.
PDF generated on 22 Nov 2024, 11:37 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn