All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
Għal aktar titjib fil-kwalità tal-ilma għall-għawm tal-Ewropa jeħtieġ l-involviment taċ-ċittadin. Dan ifisser li, l-ewwel u qabel kollox, għandna niskopru u nifhmu l-istat preżenti tal-ambjent tagħna sabiex imbagħad nitolbu ilma aktar nadif mill-awtoritajiet rilevanti. L-għodda tagħna tal-internet jagħtu liċ-ċittadini aċċess aktar faċli għat-tagħrif ambjentali kif ukoll pjattaforma fejn jistgħu jsemmgħu l-osservazzjonijiet tagħhom.
Il-Professoressa Jacqueline McGlade, Direttriċi Eżekuttiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
Il-Kummissarju għall-Ambjent Janez Potočnik qal, 'Fl-aħħar tletin sena, l-UE u l-leġislazzjoni nazzjonali tejjbu b'mod sinifikanti l-kwalità tal-ilma tal-Ewropa iżda l-ħidma tagħna ma tieqafx hawn. Minkejja l-esperjenza tagħna ta' għaxar snin ta' kwalità għolja, jeħtieġ li nkomplu nimpenjaw ruħna biex kemm intejjbu kif ukoll inżommu dak li ksibna.'
Il-Professoressa Jacqueline McGlade, Direttriċi Eżekuttiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, żiedet tgħid, 'Għal aktar titjib fil-kwalità tal-ilma għall-għawm tal-Ewropa jeħtieġ l-involviment taċ-ċittadin. Dan ifisser li, l-ewwel u qabel kollox, għandna niskopru u nifhmu l-istat preżenti tal-ambjent tagħna sabiex imbagħad nitolbu ilma aktar nadif mill-awtoritajiet rilevanti. L-għodda tagħna tal-internet jagħtu liċ-ċittadini aċċess aktar faċli għat-tagħrif ambjentali kif ukoll pjattaforma fejn jistgħu jsemmgħu l-osservazzjonijiet tagħhom.'
Sforzi biex itejjbu l-kwalità tal-ilmijiet għall-għawn għandhom jitqiesu fil-kuntest tal-isforzi tal-Ewropa sabiex jintlaħaq livell ekoloġiku u ambjentali tajjeb skont id-Direttivi Qafas tal-UE dwar l-Ilma u l-Baħar.
Mill-20 000 sit għall-għawm li ġew immonitorjati fl-Unjoni Ewropea matul l-2009, żewġ terzi minnhom kienu madwar il-kosta u l-bqija kienu fi xmajjar u lagi. Il-konformità mal-valuri obbligatorji (ir-rekwiżiti minimi ta' kwalità) fiż-żoni kostali żdiedet minn 80% fl-1990 għal 96% fl-2009. Għall-ilmijiet interni, iż-żieda kienet saħansitra ikbar, hekk kif żdiedet minn 52% għal 90%.
Bejn l-2008 u l-2009 kien hemm daqsxejn tnaqqis fl-għadd ta' ilmijiet li jissodisfaw l-istandards minimi, bi tnaqqis ta' inqas minn punt perċentwali (pp) għas-siti kostali u 3 pp għall-ilmijiet interni għall-għawm. Il-konformità mal-'valuri gwida' aktar stretti bejn l-2008 u l-2009 żdiedet bi ftit inqas minn 1 pp għas-siti kostali sabiex laħqet 89% iżda naqset bi 3 pp għall-ilmijiet interni għal 71%. Varjazzjonijiet annwali ta' din ix-xorta mhumiex rari meta mqabbla mal-livelli tal-aħħar snin.
Kważi s-siti kostali għall-għawm kollha f'Ċipru, Franza, il-Greċja u l-Portugal huma konformi mal-valuri gwida aktar stretti[1]. Fl-2009, ġew projbiti biss 2% tas-siti għall-għawm fl-UE, il-biċċa l-kbira tagħhom fl-Italja. Minkejja li fis-siti interni għall-għawm jidher li hemm varjazzjoni akbar fil-kwalità tal-ilma , il-maġġoranza kbira tas-siti interni fil-Finlandja, Franza, il-Ġermanja u l-Isvezja kienu konformi wkoll mal-valuri gwida.
Sabiex tiġi ddeterminata l-kwalità tagħhom, l-ilmijiet għall-għawm jiġu eżaminati skont numru ta' parametri u kimiċi mikrobijoloġiċi. Il-Pajjiżi Membri għandhom ikunu konformi mal-valuri obbligatorji mfassla mid-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm [2] iżda jistgħu jagħżlu li ma jżommux mal-valuri gwida (mhux obbligatorji) aktar stretti.
Fl-2006 daħlet fis-seħħ Direttiva ġdida dwar l-Ilma għall-Għawm [3] , li aġġornat il-parametri u l-provvedimenti għall-monitoraġġ skont l-aħħar tagħrif xjentifiku Id-Direttiva ġdida tagħmel enfasi akbar fuq li jiġi mogħti tagħrif lill-pubbliku dwar il-kwalità taż-żoni għall-għawm. Il-Pajjiżi Membri għandhom sal-2015 biex jimplimentaw bi sħiħ id-Direttiva ġdida iżda erbatax-il Pajjiż Membru (Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, l-Islovakkja, Spanja u l-Isvezja) diġà għamlu monitoraġġ taż-żoni għall-għawm tagħhom matul l-istaġun tal-għawm tal-2009 skont il-ħtiġijiet tad-Direttiva l-ġdida.
[1] Dewmien fl-attivazzjoni tal-programm ta' monitoraġġ fil-Greċja wassal sabiex 830 sit għall-għawm li ġew immonitorjati fl-2008 ma ġewx immonitorjati kif suppost fl-2009 u b'hekk huma esklużi mir-riżultati globali Ewropej.
[2] Direttiva 76/160/KEE dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm
[3] Direttiva 2006/7/KE dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/il-kwalita-tal-ilma-g127all or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 07:20 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn