All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
X’inhuma “prosumaturi” tal-enerġija u xi rwol jista’ jkollhom biex l-użu tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Ewropa jingħata spinta? Aħna ltqajna mal-espert tal-EEA fil-qasam tal-enerġija u l-ambjent, Javier Esparrago, biex nitkellmu dwar il-mod kif iċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet u n-negozji jistgħu jgħinu biex tiġi indirizzata l-kriżi attwali tal-enerġija billi jsiru prosumaturi li kemm jipproduċu kif ukoll jikkonsmaw l-enerġija rinnovabbli. Aktar kmieni dan ix-xahar, l-EEA ppubblikat rapport li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-rwol tal-prosumaturi tal-enerġija rinnovabbli u din il-prattika li dejjem qed tikber b’segwitu għal teknoloġija aħjar u irħas u l-politiki li jippromwovuha.
Donnu jidher li konna qed ngħixu minn kriżi waħda wara oħra — pandemija, mewġiet ta’ sħana estrema u nixfa minħabba t-tibdil fil-klima, l-inflazzjoni, il-gwerra, u kriżi tal-enerġija. Din ix-xitwa x’aktarx li tkun ikkaratterizzata minn inċertezza kontinwa, volatilità għolja fis-swieq globali bħall-enerġija u l-ikel, li se jaffettwaw lil xi pajjiżi u gruppi aktar minn oħrajn. L-indirizzar ta’ dawn il-kriżijiet, speċjalment fit-tul, jirrikjedi impenn politiku sod u investimenti fis-sostenibbiltà sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-soċjetajiet tagħna.
L-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna biddlet il-ħajjiet tal-Ukreni minn ġurnata għall-oħra. L-impatti ta’ din il-gwerra mhux ġustifikata jinħassu mhux biss fl-Ukrajna iżda wkoll lil hinn sew mill-fruntieri tal-Ukrajna u se jkomplu jħallu impatt fuqna kollha għas-snin u saħansitra għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Waħda mill-akbar sfidi importanti ta’ żmienna hija dik tat-tibdil fil-klima. L-impatti tiegħu qiegħdin jinħassu madwar id-dinja, li effettivament jaffettwaw lin-nies, in-natura u l-ekonomija. Sabiex jittaffa t-tibdil fil-klima, għandna bżonn innaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra. Dan ifisser li biex nittraduċu dan l-għan ġenerali f’miżuri konkreti jirrikjedi fehim tas-sistema kumplessa li tgħaqqad emissjonijiet minn sorsi differenti mal-impatti nazzjonali u reġjonali, mal-governanza dinjija u mal-kobenefiċċji potenzjali. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent qed tkompli taħdem bis-sħiħ sabiex tkompli ttejjeb l-għarfien meħtieġ għat-tfassil fil-konkret ta’ miżuri effettivi.
Is-soċjetà moderna tiddependi fuq il-moviment ta' prodotti u nies, iżda s-sistemi tagħna ta' trasport attwali għandhom impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Aħna tkellimna ma' Magdalena Jóźwicka, maniġer tal-proġetti ta' rapport li jmiss dwar vetturi elettriċi, dwar il-vantaġġi u l-isfidi ambjentali ta’ l-użu ta’ l-elettriku bħala alternattiva għall-fjuwils konvenzjonali għall-vetturi.
F'Diċembru li għadda f'Pariġi, id-dinja stabbilixxiet għaliha nfisha mira ambizzjuża: li tillimita ż-żieda fit-temperatura medja globali ferm inqas minn 2 gradi, filwaqt li timmira li tillimita ż-żieda għal 1.5 gradi ogħla mil-livelli pre-industrijali. Fis-summit tal-G20 aktar kmieni dan ix-xahar, iċ-Ċina u l-Istati Uniti ħabbru l-impenn formali tagħhom li jidħlu fil-ftehim ta' Pariġi. Dan huwa pass kbir 'il quddiem għall-isforz internazzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u jiġi limitat it-tisħin globali. Madankollu, l-impenji attwali ta' tnaqqis magħmulin s'issa minn pajjiżi firmatarji mhumiex biżżejjed biex jilħqu din il-mira ambizzjuża.
Il-futur jidher pożittiv għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli li dejjem iżjed qed ikollhom rwol importanti hekk kif l-Ewropa tipprova tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-karburanti fossili. Tkellimna dwar l-opportunitajiet u l-isfidi quddiemna għall-enerġija nadifa ma’ Mihai Tomescu, espert dwar l-enerġija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
L-agrikoltura timponi piż tqil li dejjem qed ikompli jikber fuq ir-riżorsi tal-ilma tal-Ewropa, li jfisser theddida ta’ nuqqas ta’ ilma u ħsara għall-ekosistemi. Biex jaslu għal użu sostenibbli tal-ilma, il-bdiewa għandhom jingħataw il-inċentivi ta’ prezzijiet, il-pariri u l-għajnuna xierqa.
Il‑bijoenerġija mhijiex ġdida. Għal eluf ta’ snin, in‑nies kienu jaħarqu l‑injam. Ir‑rivoluzzjoni industrijali f’nofs is‑snin tal‑1800 ġabet fuq quddiem dawk li huma magħrufin bħala 'fjuwils fossili', prinċipalment il‑faħam u ż‑żejt. Madankollu, il‑fjuwils fossili qegħdin kull ma jmur isiru iktar diffiċli biex jinstabu u jiġu estratti, iqumu aktar flus, u suġġetti għal diskussjoni politika mqanqla.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/themes/energy/articles/articles_topic or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 09:18 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn