All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
Bil-volumi tal-passiġġieri jiżdiedu b’rata kostanti u t-trasport tal-merkanzija jikber b’pass mgħaġġel aktar mill-ekonomija, il-moviment tal-merkanzija qed isir inqas effiċjenti, minkejja l-progress teknoloġiku. L-istudju Klima għal bidla fit-trasport iħeġġeġ lil dawk li jfasslu l-politika biex jistabbilixxu miri li joffru sfida iżda li jkunu realistiċi għal dan is-settur, waqt li jindirizzaw id-domanda għat-trasport ‘b’mod serju u ġust’.
'Jiena konvinta li aħna nistgħu nillimitaw it-tkabbir dejjem jiżdied ta’ l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport', tgħid il-Professur Jacqueline McGlade, Direttur Eżekuttiv ta’ l-EEA. ‘It-tkabbir mhux imrażżan ta’ l-attivitajiet tat-trasport joħloq wisq effetti negattivi li jikkonċernawna lkoll, bħall-ħsejjes u t-tniġġis ta’ l-arja. Qed iwassal ukoll għal ħsara severa fuq il-bijodiversità fl-Ewropa’.
'Il-politika dwar it-trasport ta’ l-UE għandha taġixxi fuq dan it-tkabbir ta’ l-emissjonijiet', tgħid il-Professur McGlade. ‘Jekk it-trasport, u partikolarment it-trasport bit-triq, segwa t-tendenzi ta’ setturi ekonomiċi oħrajn, stajna nuru sens ta’ tmexxija internazzjonali billi lħaqna l-miri ta’ l-emissjonijiet tal-gass serra taħt il-Protokoll ta’ Kjoto bosta snin ilu’.
Ir-rapport, ippreżentat illum fi Brussell lill-Kumitat dwar il-Bidla fil-Klima tal-Parlament Ewropew, imur lil hinn mill-għoti ta’ data dwar l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport u jħeġġeġ l-integrazzjoni ta’ l-użu ta’ l-art u t-trasport fl-ippjanar urban. Ma’ l-UE-15, il-bliet jammontaw bejn wieħed u ieħor għal 80 % ta’ l-ispejjeż mill-konġestjoni tat-traffiku, inklużi telf ta’ sigħat ta’ xogħol.
'It-trasport ilu għal wisq żmien mhux ikkontrollat fejn għandha x’taqsam il-ġlieda kontra t-tisħin globali u l-emissjonijiet tal-karbonju. Il-gvernijiet u ċ-ċittadini jridu, radikalment, jerġgħu jaħsbu l-approċċ tagħhom dwar il-politika għat-trasport — jekk xejn, biex jieħdu l-kura u jipproteġu saħħithom. Ma nistgħux nibqgħu nagħtu privileġġi lil modi ta’ trasport inqas effiċjenti', tgħid il-Professur McGlade.
Dan l-istudju ma’ l-UE kollha jirrivela li l-impenji volontarji mill-manifatturi tal-karozzi biex itejbu l-effiċjenza tal-vetturi ma rriżultawx fi gwadanji suffiċjenti. Barra minn hekk, ir-rati ta’ okkupanza tal-vetturi privati kienu qed jonqsu gradwalment. Bejn wieħed u ieħor 12 % ta’ l-emissjonijiet ġenerali ta’ CO2 ta’ l-UE ġejjin minn fjuwil maħruq mill-karozzi għall-passiġġieri.
L-attivitajiet ta’ l-avjazzjoni internazzjonali u t-trasport marittimu mhumiex inklużi fl-impenji tal-Protokoll ta’ Kjoto, parzjalment minħabba d-diffikultajiet biex ikunu allokati emissjonijiet lil kull pajjiż speċifiku.
Ir-rapport Klima għal bidla fit-trasport huwa l-pubblikazzjoni annwali mill-Mekkaniżmu ta’ l-EEA għar-Rapportar dwar it-Trasport u l-Ambjent (TERM), li jimmonitorja l-progress u l-effikaċja ta’ tentattivi biex ikunu integrati l-istrateġiji dwar it-trasport u l-ambjent.
Ir-rapport jimmira li jkopri l-pajjiżi membri kollha ta’ l-EEA.
UE-27: Awstrija, Belġju, Ċipru, Repubblika Ċeka, Danimarka, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja, Greċja, Ungerija, Irlanda, Italja, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Malta, Olanda, Polonja, Portugall, Rumanija, Slovakkja, Slovenja, Spanja, Svezja, Renju Unit.
Pajjiżi membri ta’ l-EEA: Awstrija, Belġju, Ċipru, Repubblika Ċeka, Danimarka, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja, Greċja, Ungerija, Iżlanda, Irlanda, Italja, Latvja, Liechtenstein, Litwanja, Lussemburgu, Malta, Olanda, Norveġja, Polonja, Portugall, Rumanija, Slovakkja, Slovenja, Spanja, Żvezja, Svizzera, Turkija u Renju Unit.
Dwar l-Aġenzija Ewopea għall-Ambjent (EEA)
L-EEA hija bbażata f’Kopenħagen. L-aġenzija timmira li tgħin biex jintlaħaq titjib sinifikanti u miżurabbli fl-ambjent ta’ l-Ewropa permezz ta’ l-għoti ta’ informazzjoni fil-ħin, immirata, rilevanti u affidabbli lil dawk li jfasslu l-politika u lill-pubbliku.
Għal mistoqsijiet ta’ l-istampa ikkuntattja lil
Òscar Romero Sanchez
Uffiċjal għall-Istampa
Telefon: +45 33 36 72 07
Mowbajl:+45 23 68 36 71
E-mail: Oscar.Romero@eea.europa.eu
Marion Hannerup
Kap tal-Komunikazzjoni u Affarijiet Korporattivi
Telefon: +45 33 36 71 60
Mowbajl:+45 51 33 22 43
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/maltese or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 01:09 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn