All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
Ma għadniex narmu kwantitajiet kbar ta’ drenaġġ direttament f’korpi tal-ilma. L-isfida tagħna llum ġejja mill-intensitajiet ta’ tniġġis fuq perjodu qasir li ġejjin minn xita qawwija u għargħar.
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Is-siti għall-għawm kollha f’Ċipru u l-Lussemburgu kienu meqjusa bħala “eċċellenti”. Dawn il-pajjiżi kienu segwiti minn Malta (99 % eċċellenti), il-Kroazja (95 %) u l-Greċja (93 %). Fl-estrem l-ieħor, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea bl-ogħla proporzjon ta’ siti bi status “ħżiena” kienu l-Estonja (6 %), il-Pajjiżi l-Baxxi (5 %), il-Belġju (4 %), Franza (3 %), Spanja (3 %) u l-Irlanda (3 %).
Ir-rapport annwali dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) jivvaluta l-kwalità tal-ilma fi 22 000 sit għall-għawm madwar l-UE, l-Isvizzera u, għall-ewwel darba, fl-Albanija. Flimkien mar-rapport, l-EEA ippubblikat mappa interattiva li turi l-kundizzjoni ta' kull sit għall-għawm fl-2013.
Janez Potočnik, il-Kummissarju għall-Ambjent qal: “Huwa tajjeb li l-kwalità tal-ilmijiet Ewropej għall-għawm tkompli tkun ta’ standard għoli. Iżda b’riżorsa daqshekk prezzjuża bħall-ilma ma nistgħux noqogħdu idejna fuq żaqqna. Irridu nkomplu niżguraw li kemm l-ilma għall-għawm u l-ilma għax-xorb, kif ukoll l-ekosistemi akkwatiċi tagħna jkunu kompletament protetti.”
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qal: “L-ilma għall-għawm fl-Ewropa tjieb f’dawn l-aħħar għoxrin sena – ma għadniex narmu kwantitajiet kbar ta’ drenaġġ direttament f’korpi tal-ilma. L-isfida tagħna llum ġejja mill-intensitajiet ta’ tniġġis fuq perjodu qasir li ġejjin minn xita qawwija u għargħar. Dawn jistgħu jfawwru s-sistemi tad-drenaġġ u jkaxkru l-batterji tal-ħmieġ mill-art agrikola lejn ix-xmajjar u l-ibħra”.
L-awtoritajiet lokali jimmonitorjaw l-ilmijiet fis-siti tal-għawm billi jiġbru kampjuni fir-rebbiegħa u matul l-istaġun tal-għawm. L-ilmijiet għall-għawm jistgħu jiġu kklassifikati bħala “eċċellenti”, “tajbin”, “tajbin biżżejjed” jew “ħżiena”. Il-klassifikazzjonijiet huma bbażati fuq il-livelli ta’ żewġ tipi ta’ batterji li jindikaw tniġġis mid-drenaġġ jew mill-bhejjem. Jekk dawn il-batterji jinbelgħu jistgħu jikkawżaw mard (bħar-remettar u d-dijarea).
Il-klassifikazzjonijiet tal-ilma għall-għawm ma jqisux l-iskart, it-tniġġis u aspetti oħra li jagħmlu ħsara lill-ambjent naturali. Għalkemm il-biċċa l-kbira tas-siti għall-għawm huma nodfa biżżejjed biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-bniedem, ħafna ekosistemi f’korpi tal-ilma Ewropej jinsabu f’qagħda inkwetanti. Dan huwa evidenti fl-ibħra tal-Ewropa – valutazzjoni riċenti sabet li l-ekosistemi marittimi tal-Ewropa huma mhedda mit-tibdil fil-klima, mit-tniġġis, mis-sajd żejjed u mill-aċidifikazzjoni. Ħafna minn dawn ir-riskji mistennija li jiżdiedu.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/ilma-ta-kwalita-eccellenti-fil or scan the QR code.
PDF generated on 22 Nov 2024, 06:50 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn