All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Minbarra li tipprovdi informazzjoni affidabbli dwar l-ambjent u l-klima tagħna, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) qed taħdem biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha stess bħala organizzazzjoni. Intervistajna lil Melanie Sporer, li tikkoordina dawn l-isforzi fl-EEA, permezz tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE.
Minn kurituri ta’ politika għal pjattaformi akkademiċi, id-dinja qed titkellem dwar kriżijiet globali: kriżi tas-saħħa, kriżi ekonomika u finanzjarja, kriżi klimatika u kriżi tan-natura. Fl-aħħar mill-aħħar, dawn huma kollha s-sintomi tal-istess problema: il-produzzjoni u l-konsum mhux sostenibbli tagħna. L-impatt tal-COVID-19 żvela biss il-fraġilità sistemika tal-ekonomija u tas-soċjetà globali tagħna bl-inugwaljanzi kollha tagħhom.
Nafu li t-tniġġis tal-plastik u l-iskart tal-plastik huma problema ambjentali kbira. F’dawn l-aħħar snin, ġew introdotti fis-suq prodotti ġodda tal-plastik li jiddikjaraw li huma aħjar għall-ambjent. Briefing tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) li ġie ppubblikat riċentament jivvaluta l-kredenzjali ambjentali tagħhom. Biex insiru nafu aktar, poġġejna bilqiegħda ma’ Almut Reichel, espert dwar l-użu sostenibbli tar-riżorsi u l-iskart fl-EEA.
L-iskart tal-plastik jibqa’ problema enormi li qiegħda dejjem tikber . X’inhi tagħmel l-Unjoni Ewropea biex tindirizza din il-problema? Ioannis Bakas, l-espert tal-EEA dwar il-prevenzjoni tal-iskart, jagħti ħarsa ġenerali qasira lejn ir-rapport tal-EEA dwar il-prevenzjoni tal-iskart tal-plastik fl-Ewropa, li ġie ppubblikat aktar kmieni dan ix-xahar.
Għall-maġġoranza tan-nies, l-idea ta' ekonomija ċirkolari tibqa' kunċett astratt jekk mhux wieħed imbiegħed. Waqt li "going green" (insiru ekoloġiċi), hija tema popolari li qiegħda tikber madwar id-dinja, ħafna nies għadhom mhumiex konxji tal-bidliet akbar li ser ikollhom isiru sabiex jiġi żgurat futur sostenibbli, u jiġi aċċertat il-benesseri tagħna fuq perjodu ta' żmien twil.
F'Diċembru li għadda f'Pariġi, id-dinja stabbilixxiet għaliha nfisha mira ambizzjuża: li tillimita ż-żieda fit-temperatura medja globali ferm inqas minn 2 gradi, filwaqt li timmira li tillimita ż-żieda għal 1.5 gradi ogħla mil-livelli pre-industrijali. Fis-summit tal-G20 aktar kmieni dan ix-xahar, iċ-Ċina u l-Istati Uniti ħabbru l-impenn formali tagħhom li jidħlu fil-ftehim ta' Pariġi. Dan huwa pass kbir 'il quddiem għall-isforz internazzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u jiġi limitat it-tisħin globali. Madankollu, l-impenji attwali ta' tnaqqis magħmulin s'issa minn pajjiżi firmatarji mhumiex biżżejjed biex jilħqu din il-mira ambizzjuża.
Il-futur jidher pożittiv għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli li dejjem iżjed qed ikollhom rwol importanti hekk kif l-Ewropa tipprova tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-karburanti fossili. Tkellimna dwar l-opportunitajiet u l-isfidi quddiemna għall-enerġija nadifa ma’ Mihai Tomescu, espert dwar l-enerġija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
L-użu tar-riżorsi attwali mhuwiex sostenibbli u qiegħed jitfa’ pressjoni fuq il-pjaneta tagħna. Għandna bżonn niffaċilitaw tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika ċirkulari billi nimxu lil hinn mill-politiki ta’ l-iskart u niffukaw fuq l-ekodisinn, l-innovazzjoni u l-investimenti. Ir-riċerka tista’ trawwem mhux biss innovazzjoni fil-produzzjoni, iżda mudelli ta’ negozju u mekkaniżmi ta’ finanzjament ukoll.
F'Awwissu ta' din is-sena, iktar minn 190 pajjiż laħqu kunsens dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli għall-2030 tan-Nazzjonijiet Uniti. U iktar tard dan ix-xahar, il-Kapijiet ta' Stat sejrin jadottaw din l-Aġenda flimkien ma'l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-miri tagħha fi New York. B'differenza mill-predeċessuri tagħhom, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) huma kemm għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw kif ukoll għall-pajjiżi żviluppati u jiffokaw fuq firxa usa ta' suġġetti dwar l-iżvilupp sostenibbli. Ħafna mis-17 il-SDG jinkludu elementi relatati ma' l-ambjent, ma' l-użu ta' riżorsi jew mat-tibdil fil-klima.
L-ikel huwa bżonn u jeħtieġ li jkollna ilma ħelu, nadif, biex nipproduċu l-ikel tagħna. Bid-domanda dejjem tiżdied mill-attivitajiet tal-bniedem fuq naħa, u t-tibdil fil-klima fuq in-naħa l-oħra, ħafna reġjuni speċjalment fin-nofsinhar isibuha diffiċli biex isibu biżżejjed ilma ħelu għall-ħtiġijiet tagħhom. Kif nistgħu inkomplu nkabbru l-ikel mingħajr ma nħallu n-natura bil-għatx għall-ilma ħelu, nadif? Użu aktar effiċjenti tal-ilma fl-agrikoltura jkun ċertament ta’ għajnuna.
Skart mingħajr fruntieri: Zhang Guofu, 35, jaqla’ EUR 700 fix‑xahar, paga enormi għal min jgħix fil‑provinċja Ċiniża, billi jifred iż‑żibel li jinkludi boroż tax‑xirjiet minn katina tas‑supermarkets Brittanika u DVDs bil‑lingwa Ingliża. Il‑verità hi li skart mitfugħ f’barmil taż‑żibel f’Londra, jista’ faċilment isib ruħu sa 5 000 mil ’il bogħod f’fabbrika tar‑riċiklaġġ fid‑delta tax‑Xmara tal‑Perli fiċ‑Ċina.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/themes/waste/articles/articles_topic or scan the QR code.
PDF generated on 23 Nov 2024, 12:58 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn