All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
News
Il-kwalità tal-ilmijiet Ewropej għall-għawm għadha għolja wara erba' deċennji ta' azzjoni mmirata li tippreveni u tnaqqas it-tniġġis. Id-dritt talUE għen mhux biss biex tiżdied il-kwalità ġenerali, iżda wkoll biex jiġu identifikati oqsma fejn hemm il-ħtieġa ta' azzjoni speċifika.
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Is-sehem ta' siti kostali u ilmijiet interni “eċċellenti” għall-għawm f'dawn l-aħħar snin stabbilizza għal madwar 85 % u fl-2020 kien 82.8 % madwar l-Ewropa. L-istandards minimi “suffiċjenti” talkwalità tal-ilma ntlaħqu f'93 % tas-siti mmonitorjati fl-2020 u f'ħames pajjiżi — Ċipru, l-Awstrija, ilGreċja, Malta u l-Kroazja — 95 % jew aktar tal-ilmijiet għall-għawm kienu ta' kwalità eċċellenti.
Virginijus Sinkevičius, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd, qal:“Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-Ewropa għadha għolja, u din hija aħbar tajba għall-Ewropej li se jmorru fil-baħar u fis-siti tal-għawm dan is-sajf. Dan huwa r-riżultat ta' aktar minn 40 sena tad-Direttiva dwar ilKwalità tal-Ilma għall-Għawm, ħidma sfiqa minn professjonisti ddedikati u kooperazzjoni. Il-Pjan ta' Azzjoni ta' Tniġġis Żero adottat f'Mejju se jgħin biex l-ilmijiet jibqgħu sikuri u tajbin għas-saħħa u biex l-ibħra u x-xmajjar tagħna jinżammu nodfa.”
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qal: “Il-kwalità tal-ilmijiet Ewropej għall-għawm għadha għolja wara erba' deċennji ta' azzjoni mmirata li tippreveni u tnaqqas it-tniġġis. Id-dritt talUE għen mhux biss biex tiżdied il-kwalità ġenerali, iżda wkoll biex jiġu identifikati oqsma fejn hemm il-ħtieġa ta' azzjoni speċifika.”
Żewġ terzi tas-siti tal-għawm jinsabu tul il-kosti tal-Ewropa. Ir-riżultati jagħtu indikazzjoni tajba ta' fejn l-għawwiema jistgħu jsibu l-aqwa kwalità ta' ilmijiet għall-għawm. Il-kwalità ta' diversi ilmijiet għall-għawm ma setgħetx tiġi klassifikata fil-valutazzjoni attwali, minħabba li r-restrizzjonijiet talpandemija wasslu biex jinġabar għadd inadegwat ta' kampjuni.
Fl-2020, 296 jew 1.3 % tas-siti tal-ilma għall-għawm fl-Ewropa kienu ta' kwalità baxxa. Filwaqt li ssehem tas-siti ta' kwalità baxxa niżel kemxejn mill-2013, xi problemi baqgħu jippersistu speċjalment fil-valutazzjoni tas-sorsi ta' tniġġis u fl-istabbiliment ta' miżuri integrati dwar il-ġestjoni tal-ilma. F'siti tal-għawm li għalihom huwa diffiċli li jiġu identifikati l-oriġini jew il-kawżi tat-tniġġis, jeħtieġ li jsiru studji speċjali dwar is-sorsi tat-tniġġis.
Bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni ta' Tniġġis Żero u f'konformità mal-Istrateġija tal-Bijodiversità, il-Kummissjoni varat riċentement rieżami tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm. L-objettiv huwa li jiġi vvalutat jekk ir-regoli attwali għadhomx denji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u jtejbu l-kwalità tal-ilma jew jekk hemmx il-ħtieġa li jitjieb il-qafas eżistenti, partikolarment billi jiġu indirizzati parametri ġodda. Bħala parti minn dan il-proċess, il-Kummissjoni dalwaqt se tinvolvi ruħha mal-komunità tal-partijiet ikkonċernati permezz ta' konsultazzjoni pubblika online.
Is-sejbiet tar-rapport ta' din is-sena se jiġu ppreżentati fit-2 ta' Ġunju waqt sessjoni matul il-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE, li din is-sena se tiffoka fuq it-tniġġis żero. Flimkien mar-Rapport dwar l-Ilma għall-Għawm ta' din is-sena, l-EEA ppubblikat ukoll mappa interattiva aġġornata li turi l-prestazzjoni ta' kull sit għall-għawm. Ir-rapporti tal-pajjiżi aġġornati huma disponibbli wkoll, kif ukoll aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fil-pajjiżi.
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-Ewropa tjiebet ħafna tul dawn l-aħħar 40 sena, dan bis-saħħa wkoll tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm tal-UE. Il-monitoraġġ u l-ġestjoni effettivi introdotti skont id-Direttiva, flimkien ma' liġi ambjentali oħra tal-UE bħad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (1991), wasslu għal tnaqqis drastiku fl-iskart muniċipali u industrijali mhux ittrattat jew ittrattat parzjalment li jispiċċa fl-ilma għall-għawm. B'riżultat ta' dan, numru ta' siti li dejjem qiegħed jikber esperjenzaw tnaqqis fit-tniġġis, li wassal għal titjib konsiderevoli fil-kwalità tal-ilma. Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi li għaddejja bħalissa qed tivvaluta kif, madwar l-UE, tista' tittieħed azzjoni aħjar biex jiġi indirizzat b'mod konsistenti t-tifwir tad-drenaġġ, speċjalment fid-dawl tal-impatt tat-tibdil fil-klima.
L-Istati Membri tal-UE kollha kif ukoll l-Albanija u l-Iżvizzera jimmonitorjaw is-siti tal-għawm tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm.
Il-leġiżlazzjoni tispeċifika jekk il-kwalità tal-ilma tistax tiġi klassifikata bħala “eċċellenti”, “tajba”, “suffiċjenti” jew “baxxa” skont il-livelli tal-batterji fekali li jinsabu fih. Meta l-ilma jiġi kklassifikat ta' kwalità “baxxa” l-Istati Membri għandhom jieħdu ċerti miżuri, bħal jipprojbixxu l-għawm jew jagħtu parir lin-nies biex ma jgħumux, filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni lill-pubbliku, u jieħdu l-azzjonijiet korrettivi adatti.
Valutazzjoni tal-2020 dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm, inkluż rapporti tal-pajjiżi u mappa interattiva
Il-Konsultazzjoni pubblika li jmiss dwar id-Direttiva dwar il-Kwalita tal-Ilma għall-Għawm
Ir-regoli tal-UE dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/highlights/tniggis-zero-il-maggoranza-l or scan the QR code.
PDF generated on 23 Nov 2024, 12:53 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn