All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
L-interazzjonijiet tal-EEA mal-Kummissjoni Ewropea jridu jsiru waqt il-mumenti xierqa fiċ-ċiklu tat-tfassil tal-politika. Bidla lejn programmazzjoni ta’ ħidma pluriennali fil-Kummissjoni u l-Aġenzija qed tgħin biex dan jiġi ffaċilitat. Dan il-pass joffri l-opportunità għal koerenza akbar bejn id-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika tal-Kummissjoni u tal-EEA.
Id-Direttorati Ġenerali għall-Ambjent (DĠ ENV) u għall-Azzjoni Klimatika (DĠ CLIMA) huma l-kontropartijiet ewlenin tal-EEA fil-Kummissjoni Ewropea. Dawn it-tliet organizzazzjonijiet jaħdmu wkoll mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), iċ- Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) u l-Eurostat dwar il-bażi tal-għarfien għall-politika Ewropea dwar l-ambjent u l-klima.
Hekk kif il-konsiderazzjonijiet ambjentali jsiru aktar integrati fil-politiki settorjali, l-EEA tikkoopera wkoll ma’Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea oħra, bħat-Trasport, l-Enerġija, l-Agrikoltura u l-Politika Reġjonali.
L-EEA tipproduċi tgħarrifiet, u torganizza sessjonijiet ta' ħidma u laqgħat informali biex tappoġġa lill-Parlament Ewropew. Aħna nipparteċipaw ukoll f’seduti ta’ smigħ fuq talba. Hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn l-EEA u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, u naħdmu wkoll ma’ ħafna mit-22 Kumitat l-oħra, bħal dawk għat-Trasport u t-Turiżmu; l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija; l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali; u l-Iżvilupp Reġjonali.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa l-korp deċiżjonali ewlieni tal-Unjoni Ewropea. Id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA huwa regolarment mistieden jattendi laqgħat informali tal-ministri għall-ambjent tal-UE. Barra minn hekk, l-EEA tappoġġja l-attivitajiet ambjentali tal-Presidenzi b’rotazzjoni tal-UE billi, pereżempju, tħejji rapporti jew torganizza sessjonijiet ta’ ħidma u seminars fuq talba.
L-EEA taħdem flimkien mal-korpi konsultattivi tal-UE, bħall-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fuq talba. Dan jinkludi l-parteċipazzjoni f’konferenzi, kontribut lil rapporteurs u lil kuntatti informali.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/about-us/who/key-partners or scan the QR code.
PDF generated on 23 Nov 2024, 04:22 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn