li jmiss
preċedenti
punti

Min aħna

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 15 Mar 2023
2 min read
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea. Xogħolna hu li nipprovdu informazzjoni tajba u indipendenti dwar l-ambjent. Aħna sors ewlieni ta' informazzjoni għal dawk involuti fl-iżvilupp, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' politika ambjentali, kif ukoll għall-pubbliku in ġenerali.

Ir- regolament li jistabbilixxi l-EEA kien adottat mill-Unjoni Ewropea fl-1990. Dan daħal fis-seħħ lejn l-aħħar tal-1993 immedjatament wara li ttieħdet id-deċiżjoni li l-EEA tkun stabbilita f'Kopenħagen. Ix-xogħol beda kmieni fl-1994. Ir-regolament stabbilixxa wkoll in-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet).

Il-mandat tal-EEA huwa:

  • Li tgħin lill-Komunità u lill-pajjiżi membri biex jagħmlu deċiżjonijiet infurmati dwar it-titjib tal-ambjent, l-integrazzjoni ta' kusiderazzjonijiet ambjentali f'linji politiċi ekonomiċi u biex jimxu lejn is-sostenibilità
  • Li tikkoordina n-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent ( Eionet)

L-EEA issa għandha 32 pajjiż membru u sitt pajjiżi li jikooperaw. In-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-ambjent (Eionet) huwa netwerk ta' sħubija tal-EEA u l-pajjiżi. L-EEA hija responsabbli għall-iżvilupp tan-netwerk u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. Sabiex jiġi mwettaq dan, l-EEA taħdem mill-viċin mal-punti fokali nazzjonali, li ħafna drabi huma l-aġenziji nazzjonali għall-ambjent jew il-ministeri għall-ambjent. Dawn huma responsabbli għall-koordinazzjoni tan-netwerks nazzjonali li jinvolvu ħafna istituzzjonijiet (madwar 350 b'kollox).

Il-klijenti ewlenin huma l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea —  il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill — u l-pajjiżi membri tagħna. Barra dan il-grupp ċentrali ta' atturi politiċi Ewropej, aħna nservu wkoll lil istituzzjonijiet Ewropej oħra bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.

Il-Komunità tan-negozju, il-qasam akkademiku, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet oħra tas-soċjetà ċivili huma wkoll utenti importanti tal-informazzjoni tagħna. Aħna nippruvaw niksbu komunikazzjoni f'żewġ direzzjonijiet mal-klijenti tagħna sabiex nidentifikaw sewwa l-bżonnijiet tagħhom għal informazjzoni, u niżguraw ruħna li l-informazzjoni pprovduta tinftiehem u tiġi aċċettata minnhom.

 

Ikkuntattjana għal aktar informazzjoni.

Permalinks

Geographic coverage

Dokument ta’ Azzjonijiet