All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Il-PFN huma responsabbli mill-koordinazzjoni taʼ netwerks taʼ ċentri taʼ referenza nazzjonali (NCRs), filwaqt li jiġbru flimkien esperti minn istituzzjonijiet nazzjonali u korpi oħra involuti fl-informazzjoni ambjentali.
Filwaqt li beda l-ħidma tiegħu 1994, l-Eionet sar fornitur magħruf u fdat taʼ data, informazzjoni u valutazzjonijiet taʼ kwalità għolja għall Ewropa.
Il-kunċett ta’ l-Eionet iħaddan l-elementi li jiddefinixxu li ġejjin:
Attwalment l-EEA għandha 32 pajjiż membru u sitt pajjiżi taʼ kooperazzjoni. It-32 pajjiż membru jinkludu t-27 Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea flimkien ma’ l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in‑Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija.
Is-sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huma l-pajjiżi taʼ kooperazzjoni: l-Albanija, il-Bożnija u Ħerzegovina, Il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro, is-Serbja kif ukoll il-Kosovo [i]. L-attivitajiet taʼ kooperazzjoni taʼ dawn il-pajjiżi huma integrati fl-Eionet u huma appoġġati mill-Unjoni Ewropea taħt l-Istrument għall-Assistenza taʼ Qabel l-Adeżjoni.
L-EEA timpenja ruħha wkoll fil-kooperazzjoni internazzjonali lil hinn mill-pajjiżi membri u taʼ kooperazzjoni tagħha stess.
B’segwitu tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fil-31 ta’ Jannar 2020, dan ma baqax parti min-netwerk u l-governanza istituzzjonali tal-EEA. Barra minn hekk, ir-Renju Unit m’għadux jipparteċipa f’laqgħat jew fi proċessi oħra ta’ koordinazzjoni relatati mal-mandat tal-EEA. Fil-prinċipju[1], ir-Renju Unit m’għadx għandu obbligu legali li jżomm jew jipprovdi informazzjoni u pariri, jew li jassisti fl-issodisfar tal-obbligi tiegħu skont il-leġiżlazzjoni Ambjentali tal-UE lil hinn mill-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2020.
Minbarra l-PFN u l-NRCs, l-Eionet attwalment ikopri 7 Ċentri topiċi Ewropej (ETCs).
[1] ‘Fil-prinċipju’ għandu jkopri kwistjonijiet pendenti fejn il-kontribut tar-Renju Unit jista’ jkun meħtieġ sat-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/about-us/countries-and-eionet/intro or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 02:24 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn