All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
Aħna niddependu fuq ir-rikkezza tal-ħajja fuq din il-pjaneta għall-ikel, għall-kenn u għall-ħtiġijiet bażiċi tagħna bħall-arja nadifa. Aħna parti minn din id-diversità u ma nistgħux ngħixu mingħajrha. F'Signals, persuni ordinarji josservaw kif tibdiliet fl-ambjent tagħhom jaffettwaw mhux biss il-ħajja tal-annimali u tal-pjanti, iżda wkoll l-għajxien u l-istil ta' ħajja tagħhom.
Prof. Jacqueline McGlade, Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Signals tal-EEA 2010 jirrakkonta sitt stejjer dwar in-nies u l-kwistjonijiet ambjentali li jgħixu magħhom illum. Dawn ix-'xhieda' jistiednuk għal vjaġġ kemm lejn postijiet familjari kif ukoll lejn postijiet imbegħda biex tosserva mill-ġdid il-pedamenti tal-ħajja fuq id-dinja — l-ilma, il-ħamrija u l-arja — inti u għaddej. Għalkemm l-osservazzjonijiet tagħhom huma dawk personali u lokali, il-għawġ tagħhom hija komuni u globali.
Dawn m’humiex sempliċiment ġrajjiet. L-għerf ta' persuni ordinarji, bħal kaċċaturi, bdiewa, dawk li jimxu fuq l-għoljiet u dilettanti ta' xi sport, spiss huwa riżorsa mhux mittiefsa ta' informazzjoni sabiex tikkumplimenta l-immaġnijiet u r-riċerka tagħna bis-satellita. Dawn in-nies jitkellmu wkoll b'lingwaġġ sempliċi u dirett. Faċli tismagħhom.
"Aħna niddependu fuq ir-rikkezza tal-ħajja fuq din il-pjaneta għall-ikel, għall-kenn u għall-ħtiġijiet bażiċi tagħna bħall-arja nadifa. Aħna parti minn din id-diversità u ma nistgħux ngħixu mingħajrha. F'Signals, persuni ordinarji josservaw kif tibdiliet fl-ambjent tagħhom jaffettwaw mhux biss il-ħajja tal-annimali u tal-pjanti, iżda wkoll l-għajxien u l-istil ta' ħajja tagħhom" tgħid il-Prof. Jacqueline McGlade, Direttur Eżekuttiv tal-EEA.
Il-Bijodiversità u t-Tibdil fil-Klima huma temi ċentrali u l-istejjer sejrin ikunu relevanti tul l-2010 kollha - is-Sena Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Bijodiversità - b'mod partikolari fit-22 ta' Mejju, il-Jum Internazzjonali għad-Diversità Bijoloġika.
Fl-istejjer inti tista' ssegwi l-kors tal-ilma mill-qċaċet tal-Alpi għat-toroq ta' Vjenna u tista' tiskopri li l-bidla fil-klima qiegħda taffettwa ċiklu tal-ilma antik fil-muntanji b'riperkussjonijiet għal għexieren ta' eluf ta' Ewropej. Isma' gwida, raġel li kiber fuq il-muntanji, hekk kif jiddeskrivi kif il-formazzjoni nfisha tal-blat qiegħda tinbidel hekk kif it-temperaturi qegħdin jiżdiedu u l-qalba ffriżata tagħhom qiegħda titmermer.
Tgħallem dwar dawk li jieħdu ħsieb iċ-ċriev tar-reġjun vast tal-Artiku li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' xitwiet li ma għadhomx aktar kiesħin konsistenti. Vjaġġa lejn il-Baħar Eġew u isma' lill-persuni tal-lokal, bħal Saim Erol - li ilu jistad hawnhekk għal dawn l-aħħar 20 sena - jiddeskrivu l-bidliet. X'tagħmel meta tiġbed ħuta ġdida barra mill-ilma? Minn fejn ġiet? Meta ħadd ma jixtriha, tkun tiswa xi ħaġa?
Signals 2010 sejjer jitnieda nhar l-Erbgħa, 24 ta' Marzu 2010 mill-Ministru Spanjol tal-Ambjent u Affarijiet Rurali u Marini, Elena Espinosa u mid-Direttur Eżekuttiv tal-EEA, Jacqueline McGlade. L-avveniment ta' Madrid sejjer jikkoinċidi mat-tnedija tal-paġna elettronika ta' Signals: eea.europa.eu/signals
Dettalji tat-tnedija: Madrid, Spanja
Data: L-Erbgħa, 24 ta' Marzu 2010
Post: Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino
Ħin: 12.00
Signals, li jiġi ppubblikat fis-26 lingwa kollha tal-EEA, jieħu approċċ ibbażat fuq storja sabiex jgħinna nikkomunikaw aħjar mal-popolazzjoni diversa tal-Ewropa.
L-istejjer ta' Signals jistgħu jintużaw mill-ġdid, huma bla ħlas, f'forma stampata jew f'forma elettronika. Jekk jogħġbok għarraf lill-EEA u qarrejja diretti għal aktar informazzjoni lil: eea.europa.eu/signals
Għal mistoqsijiet mill-midja, ikkuntattja lil:
Iben Stanhardt
Uffiċjal għall-istampa
E-mail: iben.stanhardt@eea.europa.eu
Telefon: +45 3336 7168
Mobile: +45 2336 1381
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/il-bijodiversita-it-tibdil-fil or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 02:03 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn