li jmiss
preċedenti
punti

News

Kompetizzjoni tal-fotografija dwar l-ikel, l-enerġija u l-mobbiltà sostenibbli

Biddel il-lingwa
News Ippubblikat 28 Feb 2019 Mibdul l-aħħar 02 May 2019
2 min read
Photo: © Łukasz Frasunkiewicz, WaterPIX /EEA
Il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw l-ikel u l-enerġija u kif inċaqilqu n-nies u l-oġġetti għandu impatt fuq l-ambjent u l-klima tagħna kif ukoll saħħitna. Il-kompetizzjoni tal-fotografija l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, ‘Sustainably Yours’ (Tiegħek b’mod Sostenibbli), tistieden lill-Ewropej jibagħtu ritratti tal-isfidi u l-opportunitajiet fl-għażliet aktar sostenibbli tal-ikel, l-enerġija u l-mobilità.

Il-kompetizzjoni tar-ritratti tal-EEA,’Sustainably Yours’, għandha l-għan li tinvolvi liċ-ċittadini Ewropej biex jirriflettu dwar l-impatti tal-ikel, l-enerġija u l-mobilità fuq l-ambjent u l-klima. Dan huwa ċ-ċans biex turi t-talent tiegħek bħala fotografu u li ssemma’ leħnek fid-dibattitu soċjali dwar kif nistgħu nibdlu s-soċjetajiet tagħna biex isiru aktar sostenibbli.

Ipparteċipa billi sempliċiment tibgħatilna l-aqwa ritratti tiegħek, sal-15 ta’ Mejju 2019, dwar kwalunkwe wieħed minn dawn it-tliet suġġetti:

1. Ikel sostenibbli

Tista’ taqbad immaġini ta’ ikel sostenibbli, jew dak li mhuwiex ikel sostenibbli? Tista’ turi kif dan jiġi prodott u kif jasal fuq il-platti tagħna? X’inhuma s-soluzzjonijiet biex is-sistema tal-ikel tagħna nagħmluha aktar sostenibbli?

2. Enerġija sostenibbli

Aħna nużaw l-enerġija għal kollox, mit-tisħin tad-djar tagħna u l-manifattura tal-prodotti, saċ-ċaqliq minn post għal ieħor u l-iċċarġjar tal-mowbajls tagħna. Tista’ turi kif tidher id-dipendenza tagħna fuq l-enerġija jew kif nistgħu nipproduċu l-enerġija mingħajr effetti negattivi fuq l-ambjent u l-klima tagħna? X’qed iwaqqafna milli nagħmlu dan?

3. Mobilità sostenibbli

Aħna mmorru l-iskola, naħdmu, inżuru lill-familja u lill-ħbieb, u mmorru għal btajjel biex niskopru postijiet ġodda. U nittrasportaw l-affarijiet li nikkonsmaw. Minn bliet kumpatti sa magni effiċjenti u fjuwils nodfa, tista’ turi l-isfidi u l-opportunitajiet għal mobilità sostenibbli?

Il-kompetizzjoni hija miftuħa għaċ-ċittadini tal-pajjiżi membri tal-EEA u pajjiżi mill-Balkani tal-Punent li jikkooperaw. Il-parteċipanti kollha għandhom jkollhom 18-il sena jew aktar. Aqra aktar dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni u kif tipparteċipa fil-paġna tal-kompetizzjoni ‘Sustainably Yours’.

Ir-rebbieħa fit-tliet kategoriji tal-kompetizzjoni se jirċievu premju fi flus ta’ EUR 1 000 kull wieħed. L-EEA se tagħti wkoll Premju Speċjali għaż-Żgħażagħ għall-aħjar ritratt mibgħut minn żagħżugħ/a. Premju ta’ Għażla Pubblika jintgħażel fost il-finalisti kollha permezz ta’ votazzjoni online.

L-EEA se tħabbar ir-rebbieħa kollha f’Ġunju 2019.

Permalinks

Geographic coverage

Temporal coverage

Topics

Dokument ta’ Azzjonijiet