All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Il-bidla fil-klima tirrappreżenta l-akbar u l-usa' falliment tas-suq li qatt kien hawn.
Sir Nicholas Stern, Kap tas-Servizz Ekonomiku tal-Gvern tar-Renju Unit
, li qabel kien Ekonomist Ewlieni tal-Bank Dinji, 2006
Matul il-150 sena li għaddew, t-temperatura medja żdiedet b'tal-inqas 0.8 ºC globalment u b'madwar 1 ºC fl-Ewropa. Ħdax mill-aħħar tnax-il sena (1995-2006) jikklassifikaw fost 12 mill-aktar snin sħan fir-reġistru strumentali tat-temperatura tal-wiċċ globali (sa mill-1850). Mingħajr azzjoni globali biex jiġu llimitati l-emissjonijiet, l- IPCC tistenna li t-temperaturi globali jistgħu jiżdiedu aktar b'1.8 sa 4.0 ºC sal-2100. Dan ifisser li ż-żieda fit-temperatura sa miż-żminijiet pre-industrijali 'l hawn tkun qabżet 2 °C. Jekk jinqabeż dan il-limitu, ikun aktar probabbli jseħħu bidliet li ma jistgħux jitreġġgħu lura u li huma possibbilment katastrofiċi. (Aktar informazzjoni:)
L- impatti tal-bidla fil-klima diġà qed ikunu osservati u huma pproġettati li jkunu aktar evidenti. Każijiet ta' temp estrem, inklużi mewġiet ta' sħana, nixfa u għargħar, huma mistennija li jsiru aktar frekwenti u intensi. Fl-Ewropa l-akbar żidiet fit-temperatura huma fin-nofsinhar tal-Ewropa u fir-reġjun Artiku. Ix-xita qed tonqos fin-nofsinhar tal-Ewropa u tiżdied fit-tramuntana/il-majjistral. Dan iwassal għal impatti fuq l-ekosistemi naturali, is-saħħa tal-bniedem u r-riżorsi tal-ilma. Setturi ekonomiċi, bħall-forestrija, l-agrikultura, it-turiżmu u l-bini se jġarrbu konsegwenzi pjuttost negattivi. Is-settur agrikolu fit-tramuntana tal-Ewropa jista' jibbenefika minn żieda limitata fit-temperatura.
Sabiex titwaqqaf il-bidla fil-klima, l-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett ta' serra jridu jitnaqqsu b'mod sinifikanti, u jinħolqu linji politiċi sabiex isir dan.
Is-sorsi ewlenin tal-gassijiet b'effett ta' serra magħmula mill-bniedem huma:
Anke jekk il-politiki u l-isforzi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet huma effettivi, xi bidla fil-klima hi inevitabbli. Għalhekk irridu wkoll niżviluppaw strateġiji u azzjonijiet biex nadattaw għall-impatti tal-bidla fil-klima fl-Ewropa u b'mod speċjali lil hinn minnha, billi l-pajjiżi l-anqas żviluppati huma l-aktar vulnerabbli, peress li għandhom l-inqas kapaċità finanzjarja u teknika sabiex jadattaw.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/themes/climate/about-climate-change or scan the QR code.
PDF generated on 23 Nov 2024, 04:16 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn