All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Fl- Istrateġija tagħha għal Żvilupp Sostenibbli tal-2001, l-UE stabbilixxiet mira għaliha nnifisha sabiex twaqqaf it-telf ta' biodiversità u terġa' tagħti l-ħajja lill-abitati u s-sistemi naturali sal-2010. Il- Komunikazzjoni tal-2006 tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Biodiversità tipprovdi l-qafas politiku ewlieni. Din iżżid momentum ferm meħtieġ mal-mira tal-2010, tiċċara r-responsabilitajiet tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri u tistabbilixxi approċċ politiku ambizzjuż u Pjan ta' Azzjoni li jipproponi miżuri konkreti.
Waqt li l-bidla fil-klima tiġbed ħafna mill-attenzjoni tal-media, f'mod fundamentali wieħed, il-biodiversità hija theddida ħafna aktar serja. Dan għaliex id-degradazzjoni tal-ekosistemi ħafna drabi tasal sal-punt li ma tkunx tista' titreġġa' lura - u għaliex l-estinzjoni hi għal dejjem.
Stavros Dimas, Kummissarju tal-UE għall-Ambjent, Ġimgħa Ambjentali 2006
Il-politika tal-UE dwar il-konservazzjoni hija bbażata fuq żewġ atti leġiżlattivi ewlenin:
Iż-żewġ direttivi jipprovdu l-bażi għan- netwerk Natura 2000, netwerk ta' riżervi naturali li testendi mal-Unjoni kollha sabiex tħares l-ispeċi u l-abitati ta' interess speċjali Ewropew. Il-politika tal-UE dwar il-konservazzjoni tibbenefika minn strument finanzjarju speċifiku, il- fond LIFE-Nature.
It-telf ta' biodiversità huwa prinċiparjament ikkawżat minn attivitajiet settorjali. L- Istrateġija tal-Komunità Ewropea tal-1998 dwar il-Biodiversità tiffoka speċifikament fuq l-integrazzjoni tat-tħassib dwar il-bijodiversità fil-linji politiċi settorjali, inklużi l-konservazzjoni ta' riżorsi naturali, l-agrikoltura, s-sajd, il-linji politiċi reġjonali u l-ippjanar tal-ispazju, il-foresti, l-enerġija u t-trasport, it-turiżmu, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomika.
Linji politiċi oħra relevanti għall-biodiversità fil-livell tal-UE jinkludu:
Fl-1992, il- Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) immarkat l-impenn tal-komunità internazzjonali sabiex tindirizza t-telf ta' biodiversità. B'risposta, l- l-Istrateġija pan-Ewropea dwar id-Diversità Bijoloġika u fil-Pajżaġġ ġiet approvata mill-pajjiżi koperti mill-Kummissjoni Ekonomika tal-Ġnus Magħquda Uniti għall-Ewropa. Din l-istrateġija, li tinsab fi ħdan il-proċess ministerjali 'l-Ambjent għall-Ewropa', tipprovdi l-unika pjattaforma għall-kooperazzjoni pan-Ewropea sabiex jiġi indirizzat it-telf tal-biodiversità.
Fl-2002, is-CBD u s-Summit ta' Johannesburg dwar l-Iżvilupp Sostenibbli approvaw mira globali għall-2010 sabiex inaqqsu b'mod sinifikanti r-rata preżenti ta' telf ta' biodiversità sal-2010. Fl-2003, fir-Riżoluzzjoni ta' Kiev dwar il-Biodiversità, il-ministri tal-ambjent pan-Ewropej qablu li jwaqqfu t-telf ta' biodiversità sal-2010.
Is-CBD tistabbilixxi obbligu fil-livell nazzjonali għall-ippjanar tal-biodiversità. Il-pajjiżi jridu jiżviluppaw strateġiji nazzjonali li jirriflettu kif iridu jintlaħqu l-objettivi tal-konvenzjoni, u l-pjanijiet ta' azzjoni relatati jridu jistabbilixxu l-passi li jridu jittieħdu sabiex jintlaħqu dawn il-miri. Lista ta' dawn l-istrateġiji nazzjonali dwar il-biodiversità u l-pjanijiet ta' azzjoni jinsabu fuq il- websajt tas-CBD.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/themes/biodiversity/policy-context or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 01:41 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn