All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
News
Dak li nieklu u nixtru, kif niċċaqilqu minn post għal ieħor jew kif insaħħnu darna, u ħafna għażliet oħra kbar u żgħar għandhom impatt fuq l-ambjent u fuq saħħitna. Fil-kompetizzjoni għal vidjo ‘I LIVE GREEN’, l-Ewropej jistgħu jikkondividu l-azzjonijiet ekoloġiċi tagħhom permezz ta’ vidjos qosra, jivvutaw għall-aħjar klipps tal-vidjos, u jkunu ta’ ispirazzjoni għal oħrajn biex saħansitra jagħmlu aktar.
Filwaqt li inti tista’ tieħu azzjonijiet ekoloġiċi fi kważi kwalunkwe qasam ta’ ħajtek, ‘I LIVE GREEN’ tiffoka fuq erba’ suġġetti:
L-ikel nutrittiv huwa essenzjali għal ħajja favorevoli għas-saħħa. Iżda, il-produzzjoni ta’ l-ikel teħtieġ riżorsi siewja, bħall-art u l-ilma. Kull darba li naħlu l-ikel, inkunu qed naħlu wkoll dawn ir-riżorsi. Barra minn hekk, il-pestiċidi u l-fertilizzanti jista’ jkollhom impatt fuq il-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art. X’tagħmel biex tnaqqas l-impatti ambjentali ta’ l-ikel fil-platt tiegħek?
Ħafna attivitajiet ekonomiċi mit-trasport sa l-agrikoltura jirrilaxxaw sustanzi li jniġġsu l-arja. Madankollu, id-drawwiet ta’ kuljum tagħna jistgħu jgħinu jtejbu l-kwalità ta’ l-arja, u jagħtu spinta lis-saħħa u lill-kwalità tal-ħajja tagħna stess. X’inhuma l-għażliet li tagħmel inti bħala kontribut għal arja iktar nadifa?
Il-lagi, ix-xmajjar u l-ibħra tagħna jinsabu taħt ħafna pressjoni, inkluż mit-tibdil fil-klima u mit-tniġġis. F’ħafna reġjuni fl-Ewropa kollha, aħna nużaw ir-riżervi tagħna ta’ l-ilma ta’ taħt l-art b’mod aktar mgħaġġel minn dak li bih jimtlew. Dawn il-pressjonijiet għandhom impatti fuq in-natura u fuq saħħitna stess. Kif nistgħu ngħinu biex ir-riżorsi ta’ l-ilma jinżammu nodfa u mingħajr tniġġis?
Ħafna drabi l-affarijiet li nixtru jkollhom skadenza limitata iżda hemm modi kif nistgħu nevitaw li jispiċċaw f’landfill. Forsi tista’ tkun ta’ eżempju tajjeb għall-oħrajn u turi kif terġa’ tuża, kif issewwi jew kif tirriċikla xi oġġett?
Iċċekkja r-regoli tal-kompetizzjoni u kif tipparteċipa fil-paġna ‘I LIVE GREEN’.
Is-sottomissjonijiet jiftħu |
fl-1 ta’ Diċembru 2017 |
Is-sottomissjonijiet jagħlqu |
Fil-31 ta’ Marzu 2018 |
Il-vot tal-pubbliku jiftaħ |
Fl-1 ta’ Mejju 2018 |
Il-vot tal-pubbliku jagħlaq |
Fil-31 ta’ Mejju 2018 |
Ir-rebbieħa jitħabbru |
Fil-5 ta’ Ġunju 2018 |
Ir-rebbieħa f’kull kategorija (Ikel sostenibbli, Arja nadifa, Ilma nadif, u Skart minimu) ser jingħataw premju fi flus ta’ EUR 1000. Il-Premju ta’ l-Għażla tal-Pubbliku, magħżul permezz tal-vot online, huwa ta’ EUR 500.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/highlights/kompetizzjoni-ghal-vidjo-ikkondividi-l or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 09:22 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn