All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
News
Ir-rapport tagħna jikkonferma li l-isforzi tal-Istati Membri dawn l-aħħar 40 sena, prinċipalment fit-trattament tal-ilma mormi, taw il-frott. Illum, il-biċċa lkbira tal-Ewropej igawdu minn ilma għall-għawm ta' kwalità eċċellenti. Madankollu, dan huwa biss wieħed mill-ħafna komponenti li jeħtieġ li naħdmu fuqhom, u li jvarjaw mill-ġlieda kontra t-tniġġis talplastik sal-protezzjoni tal-ħajja tal-baħar, sabiex niksbu ibħra, lagi u xmajjar aktar b'saħħithom.
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Skont ir-rapport ta' din is-sena mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-EEA) maġġoranza kbira — 95,4 % — mit-22 831 sit tal-għawm immonitorjati fit-28 Stat Membru tal-UE, laħqu r-rekwiżiti minimi tal-kwalità stabbiliti bir-regoli tal-UE. Minbarra dan, iddaħħlu wkoll firrapport 300 sit tal-għawm li ġew immonitorjati fl-Albanija u fl-Iżvizzera.
Il-livell tas-siti tal-għawm li jilħqu l-istandard tal-kwalità l-aktar strett, “eċċellenti”, żdied ftit, minn 85,0 % fl-2017 għal 85,1 % s-sena l-oħra. In-numru ta' dawk li jissodisfaw l-istandard minimu, “suffiċjenti”, niżel minn 96 % għal 95,4 % mill-2017 għall-2018. Dan it-tnaqqis żgħir huwa dovut laktar għall-ftuħ ta' siti tal-għawm ġodda li għalihom is-sett tad-datafuq erba' staġuni tal-għawm kif meħtieġ għall-klassifikazzjoni skont id-Direttiva, għadu mhux disponibbli. Fl-2018, 301 (jew 1,3 %) tas-siti tal-għawm kollha fl-UE, fl-Albanija u fl-Iżvizzera ġew ikklassifikati li għandhom kwalità tal-ilma “inferjuri”. Dan huwa kemxejn inqas mill-1,4 % fl-2017.
Karmenu Vella, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qal: “Hekk kif deher ilbieraħ il-Jum Dinji tal-Ambjent, qed niffaċċjaw bosta sfidi.Iżda huwa wkoll tajjeb li jiġu ċċelebrati listejjer ta' suċċess tal-Unjoni Ewropea fil-qasam ambjentali. Il-kwalità tas-siti Ewropej tal-Ilma għall- Għawm hija storja minnhom li tolqot lil kulħadd. Bis-saħħa tal-ittestjar tajjeb, tar-rappurtar, talmonitoraġġ u tal-qsim tal-għarfien espert, qed niżguraw li nkomplu ntejbu l-kwalità tal-postijiet talgħawm favoriti tagħna. Ir-Rieżami l-ġdid tagħna tal-Implimentazzjoni Ambjentali se jgħin lill-Istati Membri jitgħallmu minn xulxin kif l-aħjar li jiksbu u jżommu l-istandards eċċellenti li ksibna waqt il mandate tiegħi. Jiena fraħt lill-EEA talli għenu sabiex ittejbu l-istandards u wkoll talli pprovdew din linformazzjoni b'mod regolari u affidabbli. Dik l-affidabbiltà tippermettilek tagħmel għażliet ċari kull fejn tmur tgħum dan is-sajf.”
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qal: “ Ir-rapport tagħna jikkonferma li l-isforzi tal-Istati Membri dawn l-aħħar 40 sena, prinċipalment fit-trattament tal-ilma mormi, taw il-frott. Illum, il-biċċa lkbira tal-Ewropej igawdu minn ilma għall-għawm ta' kwalità eċċellenti. Madankollu, dan huwa biss wieħed mill-ħafna komponenti li jeħtieġ li naħdmu fuqhom, u li jvarjaw mill-ġlieda kontra t-tniġġis talplastik sal-protezzjoni tal-ħajja tal-baħar, sabiex niksbu ibħra, lagi u xmajjar aktar b'saħħithom.”
Ir-rekwiżiti dwar l-ilma għall-għawm huma stipulati fid-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma għall-Għawm. Matul dawn l-aħħar 40 sena, l-implimentazzjoni tar-regoli tagħha għenet biex tejbet bil-kbir il-kwalità talilma għall-għawm tal-Ewropa. Il-monitoraġġ u l-ġestjoni effettivi introdotti skont id-Direttiva flimkien mal-investimenti fit-trattament tal-ilma urban mormi wasslu għal tnaqqis drastiku tal-iskart muniċipali u industrijali mhux ittrattat jew ittrattat parzjalment li jispiċċa fl-ilma. Skont ir-regoli, l-awtoritajiet lokali jiġbru kampjuni tal-ilma f'siti tal-għawm identifikati uffiċjalment tul l-istaġun tal-għawm kollu. Ilkampjuni mbagħad jiġu analizzati għal żewġ tipi ta' batterji li jindikaw tniġġis mid-drenaġġ jew millbhejjem.
Il-kontaminazzjoni tal-ilma mill-batterji fekali għadha riskju għas-saħħa tal-bniedem, speċjalment meta tinsab fis-siti tal-għawm. L-għawm f'bajjiet jew f'lagi mniġġsa jista' jikkawża l-mard. L-akbar sorsi tattniġġis huma d-dranaġġ u l-ilma li jiskula mill-irziezet u mill-art tal-biedja. Dan it-tniġġis jiżdied bixxita qawwija u bl-għargħar minħabba t-tifwir tad-dranaġġ u minħabba l-ilma tad-dranaġġ imniġġes li jgħaddi għal ġox-xmajjar u l-baħar.
L-Istati Membri tal-UE kollha kif ukoll l-Albanija u l-Iżvizzera jissorveljaw is-siti tal-għawm tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm. Il-valutazzjoni tal-kwalità tal-ilma għall-għawm skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm tuża l-valuri ta' żewġ parametric mikrobijoloġiċi: L-enterokokki intestinali u l-Escherischia coli. Il-kwalità tal-ilma għall-għawm hija kklassifikata, skont il-livelli ta' batterji fekali identifikati, bħala “eċċellenti”, “tajjeb”, “suffiċjenti” jew “inferjuri”. Fejn l-ilma huwa kklassifikat bħala “inferjuri”, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, pereżempju billi jipprojbixxu l-għawm jew jagħtu parir kontrih , jinfurmaw lill-pubbliku, u jieħdu azzjonijiet korrettivi xierqa.
Għal aktar informazzjoni
Rapporti tal-pajjiżi
Mappa interattiva tar-riżultati ta' kull sit tal-għawm
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/highlights/aktar-minn-85-tas-siti or scan the QR code.
PDF generated on 23 Nov 2024, 01:00 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn