All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Press Release
Is-sorsi ta' tagħrif bħal dan ir-rapport u l-għodod ibbażati fl-internet mhux biss biex jikkontrollaw il-kwalità tal-ilma għall-għawm fil-komunità lokali jew id-destinazzjoni tal-btala tagħhom, imma wkoll sabiex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b'mod iżjed attiv fl-ambjent tagħhom.
Il-Pofessur Jacqueline McGlade, id-Diretttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
Il-Kummissarju għall-Ambjent, Stavros Dimas qal: "L-ilma għall-għawm ta' kwalità għolja huwa essenzjali għall-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej u l-ambjent – u dan japplika wkoll għall-użi l-oħra kollha tal-ilma. Jiena kuntent li qed nara li l-kwalità ġenerali tal-ilma fiż-żoni tal-għawm qed titjieb madwar l-Unjoni kollha."
Il-Pofessur Jacqueline McGlade, id-Diretttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, żiedet tgħid: "Is-sorsi ta' tagħrif bħal dan ir-rapport u l-għodod ibbażati fl-internet mhux biss biex jikkontrollaw il-kwalità tal-ilma għall-għawm fil-komunità lokali jew id-destinazzjoni tal-btala tagħhom, imma wkoll sabiex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b'mod iżjed attiv fl-ambjent tagħhom."
Kull sajf, miljuni ta' Ewropej immorru fuq ix-xtajta biex igawdu x-xemx u jiffriskaw fl-ilma nadif u frisk. Sabiex l-Ewropej ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata dwar liema xtajta għandhom jagħżlu, il-Kummissjoni tippublika rapport annwali dwar il-kwalità taż-żoni tal-għawm kostali u tal-ilma ħelu kif irrapportati mill-Istati Membri għax-xtajtiet li jinsabu fit-territorju tagħhom. Din is-sena ir-rapport ġie ppreparat mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambejnt (EEA), li fis-sit elettroniku tagħha qed tagħmel disponibbli mapep u tabelli b'tagħrif dettaljat dwar żoni speċifiċi tal-għawm.
Fl-2008 l-għadd ta' ilmijiet għall-għawm li ġew immonitorjati żdied b'madwar 75 lok. Mill-21 400 żona tal-għawm li ġew immonitorjati madwar l-Unjoni Ewropea kollha fl-2008, żewġ terzi kienu fuq il-kosta u l-bqija kienu matul ix-xmajjar u l-għadajjar. L-ikbar għadd ta' ilmijiet kostali tal-għawm jinsab fl-Italja, il-Greċja, Franza, Spanja u d-Danimarka, filwaqt li l-Ġermanja u Franza għandhom l-ikbar għadd ta' ilmijiet interni tal-għawm.
Il-kwalità ġenerali tal-ilmijiet tal-għawn fl-UE tjiebet ħafna mill-1990. Il-konformità mal-valuri mandatorji (ir-rekwiżiti minimi ta' kwalità) żdiedet matul il-perjodu 1990 sal-2008 minn 80 % għal 96% u minn 52 % għal 92 % fl-ilmijiet kostali u ilmijiet fuq ġewwa rispettivament. Mill-2007 sal-2008 il-konformità żdiedet kemm għall-ilmijiet interni kif ukoll dawk kostali (1.1 u 3.3 punti perċentwali rispettivament).
Iż-żoni għall-għawm huma żoni fejn l-għawm huwa espliċitament awtorizzat jew fejn tradizzjonalment ilhom jgħumu għadd kbir ta' nies u fejn dan mhux ipprojbit.
Sabiex tkun determinata l-kwalità tagħhom, l-ilmijiet għall-għawm huma ttestjati kontra għadd ta' parametri fiżiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi li l-valuri mandatorji tagħhom huma stipulati fid-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm[1] . L-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-valuri obbligatorji iżda jistgħu jadottaw l-istandards iktar stretti u l-valuri ta' gwida li ma jorbtux.
Fl-2006 daħlet fis-seħħ Direttiva ġdida dwar l-għawm [2] li aġġornat il-parametri u d-dispożizzjonijiet tal-monitoraġġ skont l-aħħar għarfien xjentifiku. Id-Direttiva l-ġdida tisħaq aktar fuq l-għoti ta‘ għarfien lill-pubbliku dwar il-kwalità taż-żoni tal-għawm. L-Istati Membri għandhom sal-2015 sabiex jimplimentaw kompletament id-Direttiva l-ġdida imma tnax-il Stat Membru (Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, is-Slovakkja, Spanja u l-Iżvezja) diġà għamlu monitoraġġ taż-żoni tal-għawn tagħhom matul l-istaġun tal-għawm tal-2008 sont il-parametri tad-Direttiva l-ġdida.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/pressroom/newsreleases/il-kwalita-tal-ilma-g127all-g127awm-fl-ue-qed-titjieb or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 02:29 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn