li jmiss
preċedenti
punti
Informazzjoni grafika — 11 Mar 2015
Infographic Octet Stream Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — 15 Oct 2015
L-isforzi ta’ l-Unjoni Ewropea biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra qegħdin jaħdmu. Infatti, l-UE hija mistennija tissodisfa l-mira unilaterali ta’ tnaqqis tagħha ta’ 20% (meta pparagunat mal-1990) qabel l-iskadenza miftiehma tal-2020. Barra minn hekk, l-UE għandha l-intenzjoni li tnaqqas l-emissjonijiet domestiċi b’mhux inqas minn 40% sal-2030 u tkompli tiddekarbonizza l-ekonomija tagħha sal-2050. L-UE fil-preżent tipproduċi madwar 10% tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra.
Infographic Il-ħamrija u t-tibdil fil-klima — 15 Oct 2015
Il-ħamrija hija element importanti - u ħafna drabi traskurat - tas-sistema tal-klima. Hija t-tieni l-ikbar ħażna ta’ karbonju, jew ‘sink’, wara l-oċeani. Ir-restawr ta’ ekosistemi primarji fuq l-art, u użu sostenibbli ta’ l-art f’żoni urbani u rurali, jistgħu jgħinuna nnaqqsu u nadattaw għat-tibdil fil-klima.
Infographic It-tibdil fil-klima u l-agrikoltura — 15 Oct 2015
L-agrikoltura tikkontribwixxi kemm għat-tibdil fil-klima kif ukoll hija affettwata mit-tibdil fil-klima. L-UE teħtieġ li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet serra mill-agrikoltura u taddatta s-sistema tagħha ta’ produzzjoni ta’ l-ikel biex tlaħħaq mat-tibdil fil-klima. Meta ffaċċjati b’domanda globali dejjem tikber u kompetizzjoni għal riżorsi, il-produzzjoni u l-konsum tal-ikel tal-UE jeħtieġu li wieħed jarahom f’kuntest iktar wiesa’, li jorbot l-agrikoltura, l-enerġija, u s-sigurtà ta’ l-ikel.
Infographic It-tibdil fil-klima u l-ibħra — 15 Oct 2015
It-tibdil fil-klima qiegħed isaħħan l-oċeani, jikkawża l-aċidifikazzjoni ta’ ambjenti marini, u jbiddel tendenzi tax-xita. Din il-kombinazzjoni ta’ fatturi ħafna drabi tiggrava l-impatti ta’ pressjonijiet oħrajn tal-bniedem fuq l-ibħra, u twassal għal tnaqqis fil-biodiversità fl-oċeani.
Infographic Octet Stream Aħna lesti għat-tibdil fil-klima? — 15 Oct 2015
It-tibdil fil-klima qiegħed jikkawża varjetà ta’ impatti għas-saħħa, għall-ekosistemi u għall-ekonomija tagħna. Dawn l-impatti x’aktarx ser isiru iktar serji fl-għexieren ta’ snin li ġejjin. Jekk ma jkunux indirizzati, dawn l-impatti jistgħu jkunu katastrofiċi, f’termini ta’ mard, effetti ħżiena fuq l-ekosistemi, u ħsara fil-proprjetà u fl-infrastruttura.
Infographic Octet Stream Il-klima ta’ l-Ewropa qiegħda tinbidel — 15 Oct 2015
Klima li qiegħda tinbidel se taffettwa kważi kull aspett ta’ ħajjitna. Aktar intensità u frekwenza ta’ xita f’ħafna partijiet ta’ l-Ewropa ser ifissru għargħar frekwenti u serji. Imkien ieħor fl-Ewropa, inkluża l-Ewropa t’Isfel, temperaturi iktar għoljin u inqas xita ser ifissru li ħafna żoni jistgħu jiffaċċjaw in-nixfa.
Infographic Tipi ta’ fjuwil u emissjonijiet GHG — 09 Sep 2016
Id-domanda għat-trasport hija marbuta mill-qrib mal-attività ekonomika: f’perjodi ta’ tkabbir, ir-riżultat ekonomiku jikber, jiġu ttrasportati aktar prodotti u aktar nies jivvjaġġaw. L-impatti tat-trasport fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u t-tibdil fil-klima huma marbuta mill-qrib mal-għażla tal-fjuwil. Fjuwils alternattivi nodfa, inkluż l-elettriku, diġà huma disponibbli u jistgħu jikkostitwixxu opzjonijiet vijabbli għall-petrol u d-diżil. It-tul tal-vjaġġ għandu rwol fid-determinazzjoni ta’ kemm hu adatt it-tip ta’ fjuwil.
Infographic Emissjonijiet u effiċjenza tal-vetturi — 09 Sep 2016
It-trasport bit-triq imħaddem bil-fjuwils fossili jirrappreżenta s-sors l-aktar sinifikanti ta’ tniġġis tal-arja relatat mat-trasport. Kull vettura tirrilaxxa inkwinanti minn għadd ta’ sorsi.
Infographic L-esponiment għat-tniġġis tal-arja fl-ibliet — 09 Sep 2016
Bosta Ewropej huma esposti għal livelli dannużi ta’ tniġġis tal-arja. Kważi 30 % tal-Ewropej li jgħixu fl-ibliet huma esposti għal livelli ta’ inkwinanti fl-arja li jaqbżu l-istandards ta’ kwalità tal-arja tal-UE. U madwar 98 % tal-Ewropej li jgħixu fl-ibliet huma esposti għal livelli ta’ inkwinanti tal-arja meqjusin mil-linji gwida aktar stretti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala li jagħmlu ħsara lis-saħħa
Infographic Octet Stream It-tniġġis mill-ħsejjes fl-Ewropa — 09 Sep 2016
It-tniġġis mill-ħsejjes huwa tħassib ambjentali li qed jikber, li jirriżulta minn numru ta’ sorsi. L-effetti negattivi tat-tniġġis mill-ħsejjes jistgħu jinstabu fil-benesseri ta’ popolazzjonijiet umani esposti, fis-saħħa u d-distribuzzjoni ta’ organiżmi selvaġġi, kif ukoll fl-abbiltajiet tat-tfal li jitgħallmu fl-iskola.
Infographic Troff document Il-miri tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra — 09 Sep 2016
Ġew stabbiliti diversi miri tal-UE għat-tnaqqis tal-impatti ambjentali tat-trasport fl-Ewropa, inkluż il-gassijiet serra tiegħu. Il-miri tas-settur tat-trasport huma parti mill-għan ġenerali tal-UE ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra bi 80 – 95 % sal-2050.
Infographic Octet Stream L-inverżjoni tat-temperatura tittrappola t-tniġġis fil-livell tal-art — 09 Sep 2016
Avvenimenti ta’ tniġġis huma iktar probabbli li jseħħu taħt kundizzjonijiet ta’ inverżjoni tat-temperatura. Matul perjodi estiżi ta’ pressjoni għolja fix-xhur tax-xitwa, ir-radjazzjoni solari tilħaq l-art, u ssaħħanha. Bil-lejl, in-nuqqas ta’ kopertura tas-sħab ifisser li l-art titlef is-sħana malajr u l-arja f’kuntatt mal-art issir aktar kiesħa. L-arja aktar sħuna titla’ u taġixxi bħala għatu, fejn tittrappola l-arja aktar kiesħa qrib l-art. It-tniġġis, inkluż dak mit-traffiku tat-triq, jinqabad ukoll, u għalhekk is-saff tal-arja l-iktar qrib l-art isir iktar u iktar imniġġes. Dan ikompli sakemm il-kundizzjonijiet meterjoloġiċi prevalenti jinbidlu.

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet