All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
News
REDISCOVER Nature hija sejħa għalina lkoll biex inħarsu madwarna u nħallu lilna nfusna nistagħġbu bin-natura u l-meravilji tagħha. Irrispettivament minn jekk intix tiskopri mill-ġdid l-ambjent ta’ madwarna waqt mixja twila f’mogħdija lokali jew fil-ġnien ta’ wara darek — kun kurjuż u ħu l-ħin tiegħek biex tosserva partijiet min-natura li ma nnutajtx qabel.
L-EEA torganizza kompetizzjoni tal-fotografija kull sena biex tqajjem sensibilizzazzjoni dwar tema ambjentali. Biex tipparteċipa, sempliċement ibgħatilna l-aqwa ritratti tiegħek sat-30 ta’ Settembru 2020 li jkunu jagħmlu parti minn waħda minn dawn it-tliet kategoriji:
Iżżumja ’l ġewwa u sib is-sbuħija tan-natura fid-dettalji l-aktar ċkejkna, mill-istruttura bijoloġika kumplessa ta’ fjura emerġenti għall-kompożizzjoni tal-ħamrija jew id-dettalji tal-ġilda ta’ rettili. In-natura qed issejjaħlek biex tħares aktar mill-viċin u taċċessa l-mikrounivers li dejjem jinbidel. Tista’ tara l-forom, il-linji, id-disinni, is-sawra u l-kuluri maġiċi?
L-esplorazzjoni tan-natura mhux bilfors tfisser li wieħed imur f’mogħdija qalb il-muntanji jew jikkampja f’żoni remoti. Tista’ sempliċement toħroġ mill-bieb ta’ wara d-dar tiegħek u tara n-natura tieħu l-ħajja eżatt quddiemek. Mill-osservazzjoni tal-għasafar f’park fil-qrib għall-osservazzjoni tat-talba tan-natura għall-istrutturi urbani, il-meravilji tan-natura jinsabu kullimkien. Ħares madwarek… Tista’ taqbad il-preżenza tan-natura madwarek f’ritratt?
Żomm pass lura u gawdi n-natura fil-pajsaġġi li jinsabu madwarek. Ħares lejn il-mewġ jolqot kosta ħarxa, l-irħula mbiegħda mifruxa tul il-kampanja, iċ-ċerva tiġġerra fil-foresta, jew il-persuni li jaħdmu fl-għelieqi. Forsi titla’ fil-għoli u tara l-pajsaġġ minn hemm fuq. Tista’ taqbad il-pajsaġġi bla tmiem tad-dinja, sew jekk intatti, sew jekk iffurmati mill-attivitajiet tal-bniedem f’ritratt?
Il-kompetizzjoni hija miftuħa għaċ-ċittadini tas-27 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera, it-Turkija, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Albanija, il-Kosovo*, il-Montenegro, is-Serbja, il-Bosnja-Ħerzegovina, u r-Renju Unit. Il-parteċipanti kollha għandu jkollhom 18-il sena jew aktar. Aqra aktar dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni u kif tipparteċipa fil-paġna tal-kompetizzjoni ‘REDISCOVER Nature’.
Ir-rebbieħa fit-tliet kategoriji tal-kompetizzjoni se jirċievu premju fi flus ta’ EUR 1 000 kull wieħed. L-EEA se tagħti wkoll Premju Speċjali għaż-Żgħażagħ għall-aħjar ritratt mibgħut minn żagħżugħ/a. Premju ta’ Għażla Pubblika se jintgħażel fost il-finalisti kollha permezz ta’ votazzjoni online.
L-EEA se tħabbar ir-rebbieħa f’Novembru 2020.
* Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni taʼ Indipendenza tal-Kosovo.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/highlights/rediscover-nature-ghall-kompetizzjoni-tal or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 05:34 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn