All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
News
Ir-rapport “EEA Signals 2020 — Towards zero pollution in Europe” (Sinjali tal-EEA 2020 — Lejn tniġġis żero fl-Ewropa) jippreżenta ħarsa ġenerali lejn it-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija kif ukoll angoli oħra għas-suġġett, abbażi ta’ informazzjoni udata tal-EEA ppubblikata preċedentement.
“EEA Signals 2020” (Sinjali tal-EEA 2020) iħares lejn tipi differenti ta’ tniġġis u s-sorsi tagħhom. Ir-rapport jippreżenta miżuri għat-titjib tal-kwalità tal-arja, li għandu jtejjeb is-saħħa tan-nies, il-pressjonijiet ewlenin fuq il-korpi tal-ilma ħelu u l-ibħra tal-Ewropa, u kif it-tniġġis tal-ħamrija għadu problema estensiva u li qed tikber.
Ir-rapport jippreżenta ħarsa ġenerali lejn ix-xejriet fit-tniġġis industrijali u kif is-sustanzi kimiċi sintetiċi u l-ħsejjes ambjentali jaffettwaw is-saħħa Ewropea. Intervista ma’ Francesca Racioppi, Kap taċ-Ċentru Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, tmur aktar fil-fond fl-effetti fuq is-saħħa ta’ tipi differenti ta’ tniġġis. Il-Professur Geert Van Calster, mill-Università ta’ Leuven, jiddiskuti l-benefiċċji u n-nuqqasijiet tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”.
Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Kummissjoni Ewropea nediet il-pjan direzzjonali tagħha dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-UE “Lejn Ambizzjoni ta’ Tniġġis Żero għall-arja, l-ilma u l-ħamrija – nibnu Pjaneta aktar b’Saħħitha għal Persuni aktar b’Saħħithom”. Il-pjan direzzjonali, li huwa miftuħ għall-feedback pubbliku sad-29 ta’ Ottubru 2020, jiddeskrivi l-pjanijiet tal-UE biex jinkiseb tniġġis żero permezz ta’ prevenzjoni, rimedjar, monitoraġġ u rappurtar aħjar tat-tniġġis.
Ir-rapport “EEA Signals” (Sinjali tal-EEA) huwa pubblikazzjoni annwali, faċli biex tinqara, li tikkonsisti f’serje ta’ artikli qosra, li jħarsu lejn kwistjonijiet ewlenin relatati mal-ambjent u l-klima. Rapporti reċenti ta’ “EEA Signals” (Sinjali tal-EEA) ħarsu lejn il-ħamrija (2019), l-ilma (2018), u l-enerġija (2017).
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/highlights/nimxu-lejn-tniggis-zero-fl-ewropa or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 04:48 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn