li jmiss
preċedenti
punti

News

Kompetizzjoni tar-ritratti tal-EEA 2022: “Well with Nature” (Inħossuna Tajbin fin-Natura)

Biddel il-lingwa
News Ippubblikat 20 Jul 2022 Mibdul l-aħħar 24 Oct 2023
1 min read
Tieħu ritratti tajbin? Tieħu pjaċir tqatta’ l-ħin fin-natura? Jekk it-tweġiba tiegħek hija “iva” għaż-żewġ mistoqsijet, jaf għandek dak li teħtieġ biex tirbaħ wieħed mill-premjijiet fi flus kontanti fil-kompetizzjoni tar-ritratti l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) “Well with Nature”. Ibgħatilna l-aħjar ritratti tiegħek sal-1 ta’ Ottubru 2022.

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Pjan ta’ azzjoni tal-UE għal tniġġis żero ipoġġu fokus speċjali fuq it-titjib tal-istat tan-natura tal-Ewropa u fuq il-ħolqien ta’ ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi li ma jagħmilx ħsara lis-saħħa tal-bnedmin u lill-ekosistemi. Saħħitna, il-kwalità tal-ħajja u l-benesseri tagħha huma marbuta b’mod inseparabbli ma’ ambjent nadif. 

Il-kompetizzjoni tar-ritratti tal-EEA “Well with Nature” tenfasizza l-konnessjoni tagħna man-natura, kemm nieħdu ħsiebha, u kif tistażżommna b’saħħitna emozzjonalment u fiżikament. Għandha l-għan li tissensibilizza dwar il-benefiċċji li lkoll nistgħu nirċievu billi nieħdu azzjoni għal tniġġis żero.

Ir-regoli huma sempliċi: Ibgħatilna mhux aktar mill-aqwa ħames ritratti tiegħek tan-natura fi kwalunkwe waħda mill-erbakategoriji tal-kompetizzjoni - l-arja, l-ilma, l-art, il-ħoss - sal-1 ta’ Ottubru 2022.

Ir-rebbieħ f’kull kategorija se jirċievi premju fi flus kontanti ta’ EUR 1 000. Jingħataw premjijiet addizzjonali lill-aħjar entrata taż-żgħażagħ kif ukoll lir-ritratt favorit tal-pubbliku.

Il-parteċipanti kollha jrid ikollhom mill-inqas 18-il sena u jkunu ċittadini  ta’ wieħed mit-32 pajjiż membru tal-EEA jew 6 pajjiżi li jikkooperaw, inklużi s-27 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera, it-Turkija, l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo*, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, u s-Serbja.   

Aqra aktar dwar il-kategoriji tal-kompetizzjoni, ir-regoli u kif tipparteċipa fuq il-Paġna tal-kompetizzjoni “Well with Nature”.


*Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Indipendenza tal-Kosovo.

   

Permalinks

Geographic coverage

Temporal coverage

Dokument ta’ Azzjonijiet