All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
News
Ir-rapport tal-EEA jagħti ħarsa ġenerali lejn l-evidenza dwar id-determinanti ambjentali tal-mard kardjovaskulari fl-Ewropa u r-risponsi ta’ politika korrispondenti tal-UE. L-analiżi turi li t-tnaqqis tal-esponiment għat-tniġġis u l-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll il-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku, jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti l-piż tal-mard kardjovaskulari u l-imwiet li jirriżultaw fl-Ewropa.
Studji reċenti jindikaw li mill-inqas 18% tal-imwiet kollha mill-mard kardjovaskulari fl-Ewropa huma stmati li huma dovuti għal fatturi ambjentali ewlenin, inkluż l-esponiment għat-tniġġis tal-arja, għal temperaturi estremi, għad-dħaħen passivi (“second-hand smoke") u għaċ-ċomb. Madankollu, l-analiżi tal-EEA tinnota li din iċ-ċifra x’aktarx hija sottovalutata peress li ma tqisx l-esponiment fuq il-post tax-xogħol, it-tniġġis akustiku jew is-sustanzi kimiċi tossiċi għajr iċ-ċomb. Barra minn hekk, xi fatturi, bħat-tniġġis tad-dawl billejl jew l-effett ikkombinat tal-esponiment għal sustanzi kimiċi differenti, għadhom ma jinftehmux tajjeb.
L-analiżi tal-EEA tenfasizza li r-riskji ambjentali jistgħu jiġu evitati iżda ċ-ċittadini individwali għandhom possibbiltajiet limitati biex jipproteġu lilhom infushom. Dan ifisser li l-liġijiet u r-regolamenti, inklużi dawk stabbiliti mill-UE, u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom huma meħtieġa biex jitnaqqas il-piż ambjentali tal-mard għaċ-ċittadini kollha. L-analiżi tal-EEA tikkonkludi li minkejja xi inċertezzi u nuqqasijiet fid-data, l-evidenza xjentifika tappoġġa bis-sħiħ it-tnaqqis tal-esponiment ambjentali bħala strateġija kosteffettiva biex jitnaqqas il-mard kardjovaskulari.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/highlights/it-tnaqqis-tat-tniggis-inaqqas or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 02:33 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn