li jmiss
preċedenti
punti

HelpCenter FAQ

X’jiġri mill-prodotti tat-tessuti użati tagħna bħal ħwejjeġ jew żraben mormija?

HelpCenter FAQ

Skont l-istimi tal-EEA, madwar 16 kg ta’ skart tat-tessuti għal kull persuna ġew iġġenerati fl-UE fl-2020. Il-biċċa l-kbira ta’ dan l-iskart tat-tessuti jispiċċa fi skart imħallat, b’madwar kwart biss miġbur separatament għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

Sehem kbir ta’ tessuti użati jiġi esportat barra mill-Ewropa, li l-maġġoranza tiegħu jispiċċa fl-Afrika u fl-Asja, fejn jiġi magħżul u mbagħad jintuża mill-ġdid, jiġi rriċiklat jew mormi jinħaraq fl-ambjent miftuħ. L-esportazzjonijiet tal-UE ta’ tessuti użati ttriplikaw f’dawn l-aħħar għoxrin sena.

Mill-2025, l-Istati Membri tal-UE jridu jimplimentaw sistemi ta’ ġbir separat għat-tessuti.

Skopri aktar fil-briefings tagħna “Management of used and waste textiles in Europe’s circular economy” (Il-ġestjoni tat-tessuti użati u ta’ skart fl-ekonomija ċirkolari tal-Ewropa), “The destruction of returned and unsold textiles in Europe’s circular economy” (Il-qerda ta’ tessuti rritornati u mhux mibjugħa fl-ekonomija ċirkolari tal-Ewropa” u “Europe's used textiles are an increasing waste and export problem” (It-tessuti użati fl-Ewropa huma problema dejjem akbar ta’ skart u esportazzjoni) jew isma’ l-intervista tagħna mal-esperti tagħna għal aktar għarfien: AskAnExpert.

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet