All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
HelpCenter FAQ
L-ambjent tal-baħar huwa riżors vitali għall-ħajja fid-dinja peress li jwettaq għadd ta’ funzjonijiet ambjentali importanti. Madankollu, l-oċeani u l-ibħra tagħna huma mhedda mis-sajd eċċessiv, mill-ħsara f’qiegħ il-baħar, mit-tniġġis kawża tal-arrikkiment tan-nutrijenti u l-kontaminanti, mit-tixrid ta’ speċi mhux indiġeni, mill-iskart tal-baħar u mill-istorbju taħt l-ilma. Sir af aktar dwar dawn il-pressjonijiet u l-effetti kumulattivi tagħhom fuq l-Ibħra tal-Ewropa fl-aħħar rapport tekniku.
Minbarra l-implimentazzjoni ta’ għadd kbir ta’ politiki u leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ambjent tal-baħar li jindirizzaw il-pressjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet żoni tal-baħar protetti. Dawn huma żoni ġeografikament distinti li għalihom jeżistu objettivi ta’ protezzjoni. L-EEA żviluppat briefing dedikat dwar dawn iż-żoni tal-baħar protetti. Ġabra wiesgħa ta’ data tal-baħar hija disponibbli wkoll permezz tas-Sistema ta’ informazzjoni dwar il-Baħar għall-Ewropa (WISE-Marine).
Għal aktar informazzjoni ikkonsulta wkoll il-paġna elettronika tagħna dwar 'Ibħra u kosti' u r-rapport tal-EEA - Marine Messages II (Messaġġi Marittimi II), speċjalment il-kapitolu dwar is-soluzzjonijiet. Tista’ tkun interessat ukoll li tikkonsulta l-aħħar tagħrif 'How climate change impacts marine life' ('Kif it-tibdil fil-klima għandu impatt fuq il-ħajja tal-baħar').
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/kif-nistghu-nipprotegu-l-ambjent or scan the QR code.
PDF generated on 21 Dec 2024, 06:57 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn