li jmiss
preċedenti
punti

HelpCenter FAQ

Għaliex għandna bżonn sistema ta’ mobbiltà sostenibbli?

HelpCenter FAQ

It-trasport attwalment jirrappreżenta aktar minn kwart tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE u din iċ-ċifra qed tkompli tiżdied hekk kif id-domanda tikber u setturi oħra jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom. Il-mixja lejn mobbiltà aktar sostenibbli hija għalhekk importanti ħafna u tfisser li l-utenti jiġu l-ewwel u jiġu pprovduti b’alternattivi aktar affordabbli, aċċessibbli, aktar tajbin għas-saħħa u aktar nodfa.

Qed jitressqu diversi azzjonijiet importanti fil-livell tal-UE biex tingħata spinta lill-użu ta’ vetturi nodfa u fjuwils alternattivi, biex tiġi ffaċilitata bidla għal mezzi ta’ trasport aktar sostenibbli bħall-ferroviji u passaġġi fuq l-ilma interni, biex jiġi promoss it-trasport multimodali – l-għaqda ta’ diversi mezzi ta’ trasport matul vjaġġ – u ċ-ċikliżmu, il-mixi u t-trasport pubbliku f’żoni urbani. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta taqsima 16.4 dwar is-sistema ta’ mobbiltà tar-rapport dwar L-Ambjent Ewropew - L-Istat u l-Prospetti 2020, u t-tgħarrif tagħna 'Rail and waterborne - best for low-carbon motorised transport' ('Il-ferrovija u t-trasport fuq l-ilma — l-aħjar għat-trasport motorizzat b’livell baxx ta’ karbonju').

Permalinks

Tags

Filed under:
Filed under: Trasport
Dokument ta’ Azzjonijiet