All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
News
Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni regolari tal-ilma għall-għawm huma essenzjali biex niżguraw li nżommu l-kwalità diġà għolja ħafna fl-Ewropa kollha u, fejn meħtieġ, nieħdu miżuri effettivi biex nindirizzaw it-tniġġis tal-ilma. Ilmijiet għall-għawm aktar nodfa huma ta' benefiċċju mhux biss għas-saħħa u l-benesseri tagħna stess iżda wkoll għas-saħħa talambjent.
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Ir-riżultati ppubblikati mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Kummissjoni Ewropea jagħtu indikazzjoni tajba tal-postijiet fejn l-għawwiema jistgħu jsibu l-aqwa ilmijiet ta' kwalità għall-għawm. Madankollu, minħabba t-tifqigħa tal-coronavirus u l-miżuri restrittivi fis-seħħ fl-Ewropa kollha, ilpubbliku qed jingħata l-parir li jitlob informazzjoni aġġornata mingħand l-awtoritajiet lokali u nazzjonali u mingħand l-operaturi tal-bajjiet dwar miżuri ta' sikurezza fis-siti tal-għawm. Biex tgħin lill-Istati Membri jneħħu gradwalment ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u jippermettu li n-negozji turistiċi jerġgħu jiftħu, wara xhur ta' għeluq, filwaqt li jiġu rispettati l-prekawzjonijiet sanitarji meħtieġa, fit-13 ta' Mejju, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett ta' linji gwida u ta' rakkomandazzjonijiet.
Virginijus Sinkevičius, il-Kummissarju responsabbli mill-Ambjent, is-Sajd u l-Oċeani, qal, “L-ilma għall-għawm nadif normalment huwa meqjus bħala xi ħaġa naturali, iżda fil-fatt din hija waħda millkisbiet kollettivi Ewropej. Dan huwa r-riżultat ta' xogħol iebes minn ħafna nies matul ħafna snin. Irrapport ta' din is-sena jikkonferma għal darb'oħra li ċ-ċittadini Ewropej jistgħu jkomplu jgawdu minn standards ta' kwalità għolja ħafna meta jgħumu fl-ilmijiet Ewropej u rridu nieħdu l-miżuri kollha biex inkomplu għaddejjin b'dan il-mod.”
Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA, qal: “Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni regolari tal-ilma għall-għawm huma essenzjali biex niżguraw li nżommu l-kwalità diġà għolja ħafna fl-Ewropa kollha u, fejn meħtieġ, nieħdu miżuri effettivi biex nindirizzaw it-tniġġis tal-ilma. Ilmijiet għall-għawm aktar nodfa huma ta' benefiċċju mhux biss għas-saħħa u l-benesseri tagħna stess iżda wkoll għas-saħħa talambjent.”
Skont il-briefing, kważi kull wieħed mit-22,295 sit għall-għawm immonitorjati s-sena l-oħra madwar l-Ewropa (li minnhom 21,981 kienu fit-28 Stat Membru ta' dak iż-żmien, inkluż ir-Renju Unit) laħaq irrekwiżiti minimi ta' kwalità. L-Albanija u l-Iżvizzera wkoll immonitorjaw u rrappurtaw dwar il-kwalità tas-siti għall-għawm tagħhom u d-data tagħhom hija inkluża fil-valutazzjoni.
Ir-riżultati speċifiċi wrew biss tnaqqis żgħir fis-siti tal-UE li jissodisfaw l-ogħla standard ta' kwalità “eċċellenti” u r-rekwiżiti minimi ta' kwalità “suffiċjenti” stabbiliti mid-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma għall- Għawm. Is-siti għall-għawm ta' kwalità ‘eċċellenti' madwar l-Ewropa kienu ta' 85 %. Dawk li laħqu linqas standard minimu ta' “suffiċjenti” kienu ta' 95 %. Il-briefing sab ukoll li l-kwalità tas-siti talgħawm kostali hija aħjar minn ta' dawk li jinsabu fuq l-art.
In-numru ta' siti globalment ikklassifikati bħala “inferjuri” kien ta' 1.3 % tas-siti kollha mmonitorjati fl-Ewropa s-sena l-oħra. Din iċ-ċifra ma nbidlitx ħafna mill-2013, meta ċ-ċifra kienet ta' 2 %, u dan jirrifletti t-titjib fit-tul fil-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-Ewropa.
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-Ewropa tjiebet ħafna tul dawn l-aħħar 40 sena, meta ġiet introdotta d-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm tal-UE. Il-monitoraġġ u l-ġestjoni effettivi introdotti skont id-Direttiva, flimkien mal-leġiżlazzjoni ambjentali oħra tal-UE bħad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (1991), wasslu għal tnaqqis drastiku tal-iskart muniċipali u industrijali mhux ittrattat jew ittrattat parzjalment li jispiċċa fl-ilma għall-għawm. B'riżultat ta' dan, għadd dejjem jikber ta' siti għallgħawm mhux biss qed jissodisfaw l-istandards minimi ta' kwalità, iżda tejbu wkoll il-kwalità tagħhom sal-ogħla standards. Flimkien mar-rapport ta' din is-sena, l-EEA ppubblikat ukoll mappa interattiva aġġornata li turi l-prestazzjoni ta' kull sit għall-għawm. Ir-rapporti tal-pajjiżi aġġornati huma disponibbli wkoll, kif ukoll aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni fil-pajjiżi tad-Direttiva.
Il-Kummissjoni biħsiebha tniedi evalwazzjoni tad-direttiva fil-ġimgħat li ġejjin bl-intenzjoni li tanalizza dak li rnexxa u dak li ma rnexxiex. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk għandhomx jittieħdu inizjattivi addizzjonali sabiex jitjieb il-funzjonament tad-direttiva.
Source: WISE bathing water quality database (data from 2019 annual reports by EU Member States 1, Albania and Switzerland).
Note: The assessment covers 22 295 bathing waters in Europe that were reported to EEA for the 2019 season. In the EU Member States, there were in total 21 981 bathing waters (Austria: 261, Belgium: 115, Bulgaria: 95, Croatia: 988, Cyprus: 113, Czechia: 153, Denmark: 1 022, Estonia: 54, Finland: 301, France: 3 348, Germany: 2 291, Greece: 1 634, Hungary: 257, Ireland: 147, Italy: 5 535, Latvia: 57, Lithuania: 117, Luxembourg: 17, Malta: 87, The Netherlands: 724, Poland: 606, Portugal: 614, Romania: 50, Slovakia: 32, Slovenia: 47, Spain: 2 234, Sweden: 438, The United Kingdom: 644). Outside the EU, 314 bathing waters were reported (Albania: 119 and Switzerland: 195). In Poland, only 187 out of 606 bathing waters were quality assessed which explains the low proportion of excellent quality in this country. The majority of them were newly identified and did not have complete sets of samples yet.
Informazzjoni ġenerali
L-Istati Membri tal-UE kollha kif ukoll l-Albanija u l-Iżvizzera jimmonitorjaw is-siti tal-għawm tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm. Il-valutazzjoni tal-kwalità tal-ilma għall-għawm skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm tuża l-valuri ta' żewġ parametri mikrobijoloġiċi: l-enterokokki intestinali u l-Escherischia coli.
Il-leġiżlazzjoni tispeċifika kif għandha tiġi kklassifikata l-kwalità tal-ilma bħala “eċċellenti”, “tajba”, “suffiċjenti” jew “ inferjuri” skont il-livelli tal-batterji fekali li jinsabu fih. Fil-postijiet fejn l-ilma jiġi kklassifikat ta' kwalità “inferjuri” l-Istati Membri għandhom iwettqu ċerti miżuri bħall-projbizzjoni talgħawm jew pariri li n-nies m'għandhomx jgħumu, billi jipprovdu l-informazzjoni lill-pubbliku, u billi jwettqu wkoll l-azzjonijiet korrettivi adatti.
Il-kontaminazzjoni tal-ilma mill-batterji fekali għadha riskju għas-saħħa tal-bniedem, speċjalment meta dawn jinsabu fis-siti għall-għawm. L-għawm f'bajjiet jew f'lagi mniġġsa jista' jikkawża l-mard. L-akbar sorsi tat-tniġġis huma d-dranaġġ u l-ilma li jiskula mill-irziezet u mill-art tal-biedja. Dan it-tniġġis jiżdied bix-xita qawwija u bl-għargħar minħabba t-tifwir tad-dranaġġ u l-ilma tad-dranaġġ imniġġes li jgħaddi għal ġox-xmajjar u l-ibħra.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/highlights/il-kwalita-tal-ilmijiet-ghall or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 09:24 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn