All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
HelpCenter FAQ
Ħafna attivitajiet tal-bniedem jistgħu jaffettwaw il-kwalità tax-xmajjar, tal-lagi, tal-ibħra u tal-ilma ta’ taħt l-art tagħna b’mod negattiv. Il-kwalità tal-ilma hija influwenzata minn inputs diretti, bħal dawk minn fabbrika jew minn impjant tat-trattament tad-drenaġġ, l-hekk imsejjaħ “tniġġis minn sors lokalizzat”. Din hija influwenzata wkoll mit-tniġġis minn sorsi mifruxa, bħan-nutrijenti u l-pestiċidi minn attivitajiet tal-biedja u sustanzi niġġiesa rilaxxati mill-industrija fl-arja li mbagħad jaqgħu lura fl-art u fil-baħar, l-hekk imsejjaħ “tniġġis diffuż”. Is-sors lokalizzat ewlieni tat-tniġġis fl-ilma huwa t-trattament tad-drenaġġ u tal-ilma mormi, filwaqt li għat-tniġġis diffuż, is-sorsi ewlenin huma l-impjanti tal-biedja u tal-enerġija mill-fjuwils fossili (permezz tal-arja). Innota li filwaqt li l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ huma identifikati bħala “sors lokalizzat”, mhumiex is-sors reali peress li jittrattaw dak li qed nitfgħu fit-tojlits u s-sinkijiet tagħna.
Sir af aktar billi tfittex il-kontenut tagħna dwar L-ilma u l-ambjent tal-baħar.
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/x2019inhuma-s-sorsi-ewlenin-tat or scan the QR code.
PDF generated on 23 Nov 2024, 02:39 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn