All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesIl- programm Arja Nadifa għall-Ewropa (CAFE), stabbilit taħt is-6 EAP, jipprovdi parir fuq terminu twil, strateġiku u integrat dwar politika dwar it-tniġġis tal-arja. L- Istrateġija Tematika tal-2005 dwar it-Tniġġiż tal-Arja, ibbażata fuq il-programm CAFE, tistabbilixxi objettivi u miżuri ambizzjużi iżda produttivi għall-politika dwar il-kwalità tal-arja Ewropea sal-2020.
Fil-livell ta' Stat Membru, id- Direttiva dwar il-Livelli Nazzjonali Massimi tal-Emissjonijiet (id-Direttiva NEC) timponi livelli massimi tal-emissjonijiet (jew limiti) għall-emissjonijiet ta' erba' pollutanti tal-arja ewlenin (ossidi tan-nitroġenu, diossidu tal-kubrit, komposti organiċi volatili mhux tal-metanu u ammonja) li jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent. Il-Kummissjoni Ewropea se tipproponi Direttiva NEC riveduta lejn l-aħħar tal-2007. Aktar dettalji huma provduti hawn.
Leġiżlazzjoni oħra ewlenija tal-UE hija mmirata lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja minn sorsi speċifiċi, per eżempju:
Internazzjonalment, il-kwistjoni tat-tniġġis tal-arja qed tkun indirizzata wkoll mill- Konvenzjoni UNECE dwar it-Tniġġis tal-Arja li jivjaġġa ghal distanzi twal u jaqsam minn pajjiż ghal iehor (il-Konvenzjoni LRTAP) u l- protokolli tagħha. Il- protokolll ta' Gotenburg dwar il-'multi-pollutanti' taħt il-Konvenzjoni LRTAP fiha livelli massimi tal-emissjoni li huma ugwali jew anqas ambizzjużi minn dawk fid-Direttiva NEC tal-UE.
Id-direttiva l-ġdida tal-UE dwar il-kwalità tal-arja, id- Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fil-madwar u Arja aktar nadifa għall-Ewropa, hija waħda mill-miżuri ewlenin li jaħdmu biex jindirizzaw it-tniġġiż tal-arja taħt l-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis tal-Arja. Din hija l-ewwel direttiva tal-UE li nkludiet il-limiti fuq il-konċentrazzjonijiet tal-madwar tal-PM2.5 (materja tal-partiċelli fina). Hija tikkonsolida wkoll diversi atti leġiżlattivi dwar il-kwalità tal-arja f'direttiva waħda. Il-Gvernijiet ingħataw sentejn (mill-11 ta' Ġunju 2008) biex iġibu l-leġiżlazzjoni tagħhom konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.
Sa dakinhar, il- politika ta' qafas eżistenti tal-UE dwar il-kwalità tal-arja tibqa' fis-seħħ. Din il-leġiżlazzjoni stabbiliet standards u objettivi ibbażati fuq is-saħħa għal numru ta' pollutanti u tinkludi:
Aktar informazzjoni dwar il-linji politiċi u l-leġiżlazzjoni dwar it-tniġġiż tal-arja: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea
For references, please go to https://eea.europa.eu./mt/themes/air/policy-context or scan the QR code.
PDF generated on 23 Dec 2024, 04:45 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn